L-eks sieheb tal-vittma interrogat mill-gdid
Kif zvela dan is-sit elettroniku dwar il-kaz tal-mewt ta’ Margaret Mifsud, l-omm ta’ zewgt ibniet li nstabet mejta nhar il-Hamis tal-gimgha l-ohra fil-karozza taghha f’Bahar ic-Caghaq, il-Pulizija regghu interrogaw lill-eks-sieheb taghha wara li l-investigaturi jinsabu konvinti li l-mara mietet fgata u mhux mewta naturali.
Nhar il-Hamis waranofsinhar Nizar El Gadi ta’ 34 sena ta’ nazzjonalità Libjana izda residenti Malta, kien rilaxxat mill-Isptar Monte Carmeli fejn kien ilu jinzamm mill-gimgha l-ohra. Kif hareg mill-isptar huwa nzamm mill-Pulizija u ttiehed il-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Floriana fejn ghal darb’ohra kien interrogat fit-tul.
Sorsi qrib il-Pulizija stqarrew ma’ KRONAKA f’MALTA li ghalkemm l-investigaturi jinsabu konvinti li Margaret Mifsud kienet maqtula bl-istess mod kif allegatament kien digà pprova jaghmel El Gadi darb’ohra xi gimghat ilu, ghad fadlilhom aktar stharrig qabel jaslu biex iressqu lil-Libjan il-Qorti.
S’issa l-Pulizija mhux temmen il-verzjoni ta’ fejn kien El Gadi fil-lejl ta’ bejn l-Erbgha u l-Hamis tal-gimgha l-ohra li filwaqt li hu qed jallega li kien Paceville, il-Pulizija tinsab informata li huwa deher ix-Xemxija vicin fejn kienet l-Avukata Mifsud ftit tal-hin qabel l-ahhar li dehret hajja.
El Gadi spicca ghall-kura u osservazzjoni fl-Isptar Monte Carmeli minhabba li meta l-gimgha l-ohra kien id-Depot tal-Pulizija fejn kien qed ikun interrogat, allegatament huwa pprova jnehhi hajtu b’idejh imma ma rrnexxielux wara li nzamm mill-Pulizija. Ghaldaqstant bhala procedura normali kif ukoll bhala sigurtà, huwa ttiehed l-Isptar Monte Carmeli.
Il-kadavru ta’ Mifsud instab mill-Pulizija nhar il-Hamis ghall-habta tas-1.10 p.m. fil-karozza Daihatsu Sirion ipparkjata wara arbuxelli fuq il-blat fl-inhawi ta’ Bahar ic-Caghaq bejn il-kumpless “Splash and Fun” u l-Maghtab fi Triq il-Kosta.
AGGORNAMENT
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li s-Sibt filghodu l-Pulizija helsu lil Nizar El Gadi wara li skadew l-48 siegha mindu kien arrestat. Sadanittant qed ikun allegat li l-viza ta’ El Gadi dalwaqt tiskadilu u ghalhekk se jkun jista’ jitlaq minn Malta fi ftit zmien.
Ghaldaqstant jekk l-investigaturi, li ghandhom suspetti serji fuq il-Libjan, iridu jressquh il-Qorti allura jridu jsibu provi konkreti qabel dan jitlaq minn Malta jekk ma jergax japplika biex tiggeddidlu l-viza.
This entry was posted on Saturday, April 28th, 2012 at 07:51 and is filed under Aggressjoni, Arrestat, Fatalita', Mewt, Omicidju, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Qorti, Qtil, tragedji, Viza. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.