L-INVESTIGATURI KONVINTI LI FGAHA
Il-Pulizija jinsabu konvinti li Margaret Mifsud, l-Avukata ta’ 31 sena minn Birkirkara u omm ta’ zewgt itfal li l-Hamis li ghadda nstabet mejta fil-karozza taghha f’Bahar ic-Caghaq, inqatlet u mhux mietet b’kawza naturali. Qed ikun allegat li l-Pulizija se jressqu lill-eks-sieheb taghha l-Qorti b’konnessjoni ma’ dan il-kaz li issa sar wiehed ta’ omicidju. Dan kien it-tielet qtil din is-sena ghalkemm il-vittmi telghu ghal hamsa.
Minhabba li fl-ewwel investigazzjonjiet ma kienu nstabu ebda sinjali ta’ vjolenza fuq il-kadavru ta’ Dr Mifsud, il-Pulizija kellhom jistennew ir-rizultati tal-awtopsja li wkoll halliet lill-Pulizija minghajr ebda rizultati konkreti. Fil-fatt fi stqarrija ufficjali l-Pulizija kienu qalu li r-rizultati tal-awtopsja ma kinux konklussivi.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li kollox qed jindika li l-investigaturi fil-kaz ta’ Margaret Mifsud ghandhom provi bizzejjed biex ikomplu jinterrogaw u allegatament iressqu l-Qorti lil Nizar El Gadi ta’ 34 sena ta’ nazzjonalità Libjana. Nifhmu li l-Hamis il-Pulizija kellhom laqgha mal-Magistrat Inkwerenti, Dr Giovanni Grixti, fejn qed jinghad li ddiskutew l-ahhar zviluppi. L-istess sorsi qalulna li wara li El Gadi kien interrogat dakinhar u l-ghada li Mifsud instabet mejta, huwa ttiehed l-Isptar Monte Carmeli wara li allegatament b’xi mod ipprova jwegga’ lilu nnifsu. Ghaldaqstant kif johrog minn Monte Carmeli mistenni jkun arrestat u interrogat mill-gdid u eventwalment jista’ jitressaq il-Qorti.
Dan is-sit elettroniku waslitlu informazzjoni li meta x-xahar li ghadda El Gadi allegatament ipprova jghallaq lil Margaret Mifsud, ghamel dan b’tali mod li ma jhallix marki fuq gisem il-vittma. Nifhmu li dan ghamlu billi pogga rkupptejh fuq l-istonku u sidirha biex taqta’ nifisha. Peress li dakinhar il-vittma ma kinitx sofriet griehi gravi, il-Pulizija kienu hargu citazzjoni kontra El Gadi u l-kaz kellu jinstema’ f’Gunju li gej quddiem il-Magistrat Dr Claire Stafrace Zammit fis-seduta tad-Distrett ta’ Birkirkara.
Din id-darba qed ikun allegat li l-aggressur uza l-istess tattika izda l-vittma ma helsithix u mietet fgata. El Gadi ghadu jsostni l-innocenza tieghu u qed jghid li f’dak il-lejl huwa kien Paceville, izda l-Pulizija tinsab informata li El Gadi kien ix-Xemxija fl-istess post jew inhawi fejn dak il-lejl fatali kien hemm Margaret Mifsud.
Is-sorsi taghna qrib il-Pulizija qalulna li l-investigaturi mhumiex konvinti li El Gadi huwa innocenti kemm minhabba l-mod kif irrizultalhom li mietet Mifsud u l-fatt li El Gadi qed jinsisti li kien f’post meta jirrizulta li kien f’post iehor u vicin il-vittma. Jidher li l-aggressur ma dahalx bil-karozza tieghu fejn instabet il-karozza Daihatsu Sirion li fiha nstab il-kadavru ta’ Mifsud izda seta’ halla l-karozza tieghu fit-triq jew fil-parti fejn hemm il-konkrit biex ma jhallix marki tat-tyres. Mhux qed ikun eskluz lanqas li l-omicidju sehh f’post iehor u l-karozza b’Mifsud fiha ttiedet wara l-arbuxelli mal-genb ta’ Triq il-Kosta limiti ta’ Bahar ic-Caghaq.
L-ahhar li Margaret Mifsud dehret fil-pubbliku kien nhar l-Erbgha tal-gimgha l-ohra fl-istabbiliment ‘Fortress Wine Bar’ fix-Xemxija fejn attendiet ghal riceviment. Ghall-habta tal-11.30 p.m. wasslet lis-segretarja Bugibba u x’aktarx li minn hemm kienet se tibqa’ sejra d-dar fejn kienet qed toqghod ma’ ommha u z-zewg uliedha bniet ta’ disa’ u tmien snin f’Birkirkara.
Mhux maghruf jekk l-investigaturi stabbilixxewx id-dettalji kollha dwar x’gara fil-hin li Mifsud telqet minn Bugibba sal-post fejn instabet mejta.
Meta l-ghada filghodu, ommha Tessie, rat li bintha ma kinitx dahlet id-dar mil-lejl ta’ qabel, marret taghmel rapport mal-Pulizija. Minnufih bdiet tfittxija mill-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett. Kien il-Hamis ghall-habta tas-1.10 p.m., li l-Pulizija nnotaw il-karozza Daihatsu Sirion ta’ Mifsud ipparkjata wara arbuxelli fuq il-blat fl-inhawi ta’ Bahar ic-Caghaq bejn il-kumpless “Splash and Fun” u l-Maghtab fi Triq il-Kosta. Meta resqu lejn il-karozza raw lill-mara fuq is-seat tas-sewwieq izda meta sejhulha u ma rrispondietx indunaw li kienet mejta.?Fatt stramb huwa li l-Pulizija ma sabux il-‘handbag’ tal-vittma fil-karozza li skont diversi persuni kkonfermaw li dakinhar Dr Mifsud kienet qed iggorr basket maghha. Fil-bakset kellha dokumenti personali kif ukoll il-mowbajl.
Mill-ewwel ezamijiet li saru fuq il-kadavru gie stabbilit li l-mara kienet ilha mejta bejn 11 u 13-il siegha li jigi bejn nofsillejl u s-2.00 a.m. ta’ bejn l-Erbgha u l-Hamis.
Tard il-Hamis filghaxija l-Pulizija arrestaw lill-eks-sieheb tal-vittma, Nezar El Gadi. Wara li kien interrogat mill-Pulizija fil-Kwartieri Generali fil-Floriana, El Gadi kellu bzonn il-kura u ghalhekk intbaghat l-Isptar Monte Carmeli fejn ghadu qed jinzamm taht ghassa stretta.
This entry was posted on Friday, April 27th, 2012 at 07:19 and is filed under Aggressjoni, Arrestat, Attentat, Awtopsja, Esperti, Fatalita', Inkjesta, Kadavru, Mewt, Omicidju, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Qorti, Qtil, Sejba, Theddid, tragedji. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.