Accident li qajjem suspetti li seta’ kien intenzjonat
Il-Pulizija qed tinvestiga kaz ta’ ‘Hit&Run’ fejn ragel mill-Mali ttajjar minn karozza li baqghet sejra kmieni l-Hamis filghodu. Izda qed ikun allegat li barra l-accident tat-traffiku, dan il-kaz qajjem suspett li seta’ kien intenzjonat minhabba kapsoli li nstabu fl-istonku tal-immigrant.
Il-kaz sehh ghall-habta tas-6.20 a.m. meta l-immigrant mill-Mali, Moussa Konare ta’ 27 sena u residenti Birzebbuga, kien qed isuq rota fi Triq Ghar Dalam limiti ta’ Birzebbuga fid-direzzjoni ta’ Bir id-Deheb. F’daqqa wahda karozza, x’aktarx BMW SUV sewda, giet minn wara l-immigrant u tatu daqqa fuq ir-rota ta’ wara. Mad-daqqa Konare ttajjar diversi metri u spicca f’ghalqa li hemm wara cint mal-genb tat-triq u s-sewwieq tal-karozza baqa’ sejjer b’velocità eccessiva fid-direzzjoni ta’ Bir id-Deheb.
Ir-rota spiccat titkaxkar ghal diversi metri u spiccat f’nofs it-triq. Barnuza li kien liebes il-vittma nstabet fl-art u partijiet mir-rota tferrxu mal-genb tat-triq.
Sewwieqa li kienu ghaddejjin waqfu jaghtu l-ewwel ghajnuna lil Konare fosthom ragel Bulgaru minn Birzebbuga. Xi hadd cempel ghall-assistenza medika fejn fuq il-post marret ambulanza b’infermiera. Wara li ttella’ mill-ghalqa, ir-ragel mill-Mali tpogga fuq ic-cint fejn beda jinghata l-ewwel kura medika u wara ttiehed l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Malcolm Pace flimkien mal-Kuntistabbli Valentina Schembri u Paul Zammit marru wkoll fuq il-post tal-accident u bdew jistharrgu l-kaz. B’dan l-accident gie informat l-Ispettur Kevin Pulis tad-Distrett.
Zaghzugh ta’ 24 sena minn Haz-Zabbar, li nzerta ghaddej mill-istess triq ezatt ftit sekondi wara li sehh l-accident, qal lil KRONAKA f’MALTA li l-vittma deher li kellu feriti f’wiccu u f’partijiet ohrajn ta’ gismu.
Meta Konare kien qed ikun ezaminat fid-Dipartiment tal-Emergenza, it-tobba baghtuh biex jittiehdulu l-X-Rays biex jaraw jekk sofriex xi ksur. Izda meta t-tobba ezaminaw ir-rizultati raw li fl-istonku kellu madwar ghaxar kapsoli fejn qam suspett li seta’ kienu mimlijin bid-droga.
Meta kompla jinghata aktar kura rrizulta li l-vittma sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt.
B’din is-sejba gew informati l-Pulizija fejn marru l-isptar dawk mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga biex ikellmu lir-ragel mill-Mali u stennewh jipporga l-kapsoli.
Fid-dawl ta’ din is-sejba, jidher li l-Pulizija dahlilhom suspetti li l-accident seta’ ma kienx semplici kaz ta’ ‘hit&run’. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li jekk jirrizulta li l-kapsoli kienu mimlijin bid-droga, il-Pulizija ma jeskludux li Konare kien qed igorr id-droga ghal persuni ohrajn u dawk involuti mieghu seta’ dahlilhom suspett li dan m’ghaddilhomx id-droga kif kien ippjanat. Jekk jirrizulta li dan kien accident intenzjonat, allura l-Pulizija jkollha kaz ta’ attentat ta’ qtil.
Sakemm morna ghall-istampa ma konniex f’pozizzjoni li nkunu nafu jekk il-karozza u s-sewwieq instabux u jekk il-kapsoli kellhomx id-droga fihom jew xi haga ohra.
This entry was posted on Friday, April 27th, 2012 at 07:14 and is filed under Accident, Aggressjoni, Ambulanzi, Attentat, Droga, Harba, Hit&Run, Immigranti, Infermieri, Klandestini, Korriment, Mahrub, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Skwadra Kontra d-Drogi, Sptar Mater Dei, Stharrig, Tfittxija, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.