Arrestat l-eks-sieheb taghha li heddida x-xahar li ghadda
Tard nhar il-Hamis filghaxija l-Pulizija arrestaw lill-eks-sieheb ta’ Margaret Mifsud ta’ 31 sena minn Birkirkara li l-Hamis stess instabet mejta f’cirkostanzi suspettuzi fil-karozza taghha fil-limiti ta’ Bahar ic-Caghaq. Ir-ragel, Nezar El Gadi ta’ 34 sena ta’ nazzjonalità Libjana kien qed jistenna li jibdew proceduri kriminali kontrih fuq allegat theddid fil-konfront ta’ Mifsud. Mhux qed ikun eskluz li l-Pulizija se tibqa’ zzomm lil El Gadi minhabba suspetti ragonevoli fil-kaz tal-mewt ta’ Mifsud.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li ghalkemm fuq il-kadavru tal-mara ma nstabu l-ebda sinjali ta’ vjolenza, l-investigaturi u l-esperti forensici mhumiex konvinti li l-mewt ta’ Margaret Mifsud kienet wahda naturali. Mill-awtopsja rrizulta li l-kawza tal-mewt kienet b’attakk tal-qalb izda mistennija jsiru aktar ezamijiet forensici u tossikologici biex tkun maghrufa l-kawza tal-mewt.
L-istess sorsi qalulna li kieku l-omm ta’ zewgt itfal bniet ta’ disa’ u tmin snin, hassa hazin hija u ssuq, kieku kienet tieqaf mal-genb tat-triq jew kienet tispicca tahbat. Imma l-karozza bil-kadavru taghha nstabet mohbija wara arbuxelli fix-xaghri li biex tasal hemm trid tohrog mit-triq pincipali, li hija Triq il-Kosta, u tmur apposta f’dak il-post.
Ghaldqstant f’dan l-istadju mhu qed ikun eskluz xejn lanqas li kien hemm persuna ohra ma’ Mifsud qabel il-mewt taghha. L-investigaturi jridu jistabilixxu jekk fil-fatt kien hemm xi hadd iehor maghha, din il-persuna kinitx fil-karozza meta mietet jew jekk ittiehditx fuq il-post meta kienet digà mejta u giet abbandunata hemm.
Fatt stramb li l-Pulizija jridu wkoll jistabilixxu, kif fil-karozza tal-vittma, Daihatsu Sirion, qed jinghad li ma nstabx la l-‘handbag’ taghha u lanqas portmoni. Xi haga li kwazi kull mara u tfajla jgorr dejjem specjalment meta jmorru xi party. Fil-fatt il-Pulizija rrizultalha li Margaret Mifsud l-ahhar li dehret hajja kien l-Erbgha filghaxija fl-istabbiliment ‘Fortress Wine Bar’ fix-Xemxija. B’hekk hemm suspetti li l-mara setghet telqet minn fuq il-post ma’ xi hadd u spiccat fejn instabet jew marret hemm aktar tard. Jidher li hija mietet xi hin bejn nofsillejl u s-2.00 a.m. sbieh il-Hamis.
Il-Pulizija qed jinvestigaw ukoll fejn kien El Gadi matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgha u l-Hamis fejn sorsi qrib il-Pulizija qalu lil dan is-sit li l-Libjan mhux qed ikun konsistenti fejn kien. Hemm min qed jallega li El Gadi anke deher lejn ix-Xemxija fejn kienet il-vittma.
Kienu l-Pulizija li sabu lil Mifsud mejta fil-karozza l-Hamis ghall-habta tas-1.10 p.m. wara li kienet ghaddejja tfittxija ghaliha. Peress li l-vittma kienet qed tghix ma’ ommha f’Birkirkara u baqghet ma rritornatx id-dar, ommha ghamlet rapport mal-Pulizija u ghalhekk kien hemm tfittxija ghaliha.
Sadanittant tard il-Hamis il-Pulizija arrestat lil Nezar El Gadi biex jghinhom fl-istharrig taghhom.
Fl-24 ta’ Marzu 2012, El Gadi hedded lill-eks-siehba tieghu Margaret Mifsud meta allegatament ipprova jghallaqha jew jaqtalha nifisha. Dan il-kaz qed ikun investigat mill-Ispettur Elton Taliana tad-Distrett liema kaz ghandu jibda jinstema quddiem il-Magistrat Dr Claire Stafrace Zammit f’Gunju li gej.  Fost l-akkuzi hemm ukoll li kkaguna lil Margaret Mifsud, griehi hfief u li zammha kontra l-volontà taghha. Issa bis-suspetti godda li ghandhom il-Pulizija, il-Libjan qed ikun mghasses sew.
Jekk jirrizulta li Nezar El Gadi huwa involutu fil-mewt tal-eks-siehba tieghu, allura l-Pulizija se jkollhom fuq idejhom kaz ta’ omicidju.
Fi Frar 2009 il-Libjan kien vittma meta safa aggredit minn Daniel Briffa wara li El Gadi mar warajh bil-karozza wara li Briffa deher jikkawza hsara volontarja fuq il-karozza ta’ Margaret Mifsud stess. Meta lehqu Briffa allegatament aggredih. Dak il-hin Briffa kien qed isuq rota fl-inhawi ta’ Paris, f’Birkirkara, u kif dawn tlewmu dwar it-tkissir tal-mera, El Gadi qala’ daqqiet ta’ mus.
Margaret Mifsud kienet avukat u kienet tispecjalizza fil-kamp civili.
This entry was posted on Saturday, April 21st, 2012 at 06:47 and is filed under Aggressjoni, Arrestat, Attentat, Awtopsja, Fatalita', Inkjesta, Kadavru, Mewt, Mewt misterjuza, Omicidju, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Qorti, Qtil. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.