Halliel mghammad u armat seraq €4,500
Tliet snin u erba’ xhur wara li hallelin kienu wettqu ‘hold-up’ f’stabbiliment tal-loghob fil-Gzira, nhar il-Hamis halliel iehor wettaq ‘hold-up’ mill-istess stabbiliment minn fejn seraq ftit inqas minn €4,500 u l-mowbajl tal-vittma.
Dan il-‘hold-up’, id-disa’ wiehed din is-sena li nafu bihom ahna, sehh ghall-habta tal-10.30 p.m. mill-istabbiliment bl-isem ta’ ‘Bestplay’ li jinsab fi Triq D’Argens fil-Gzira. Meta f’Dicembru 2008 kien sehh ‘hold-up’ fl-istess post, dakinhar kien bl-isem ta’ ‘Playline’. Anke dakinhar kienu nsterqu madwar €4,000.
Fil-kaz tal-Hamis, fil-hin li dahal il-halliel mghammad u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta kien hemm Shaun Robson ta’ 30 sena mill-Imsida li huwa impjegat. Hekk kif il-kriminal dahal fil-post beda jhedded lil Robson bl-arma u ordnalu jtih il-flus li kellu.
Huwa mifhum li ghall-ewwel Robson qallu li ma kellux flus imma meta l-halliel kompla jheddu ma kellux ghazla ohra hlief li jtih il-flus. Il-kriminal seraq ukoll il-mowbajl tal-vittma u harab b’karozza Peugeot skura li nstaqet b’velocità eccessiva fi Triq Sliema fid-direzzjoni ta’ Triq Regjonali.
Fuq il-post fejn sehh il-‘hold-up’ marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Jason Sultana li bdew bl-istharrig flimken mal-Pulizija tad-DIK immexxijin mill-Ispettur Chris Pullicino. Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Giovanni Grixti gie informat u ordna inkjesta fejn hatar lilll-Perit Vincent Ciliberti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. Il-Pulizija elevaw marki tas-swaba’ kif ukoll filmati migbudin mill-kameras tas-sigurtà .
Bil-kaz gie informat ukoll sid il-post, Johann Cremona li mar fl-hanut tieghu. X’aktarx li l-Pulizija qed izommu ragel biex jghinhom fl-investigazzjonijiet.
This entry was posted on Saturday, April 21st, 2012 at 06:46 and is filed under Armi, Haddiem, Harba, Hold-up, Imfittex, Inkjesta, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Serq, Theddid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.