Fetah il-’cash register’ u pprova jahrab
Ghalkemm spicca vittma ta’ halliel u anke sofra griehi hfief, Adam Cuschieri ta’ 40 sena mill-Gzira, huwa sodisfatt bl-investiment li ghamel fis-sistema tal-kameras tas-sigurtà ghax permezz ta’ filmati li ngibdu waqt li safa misruq, se jkun ta’ ghajnuna biex il-Pulizija taqbad lill-kriminal.
It-Tlieta ghall-habta tad-9.16 a.m. fil-hanut ta’ Cuschieri bl-isem ta’ Golden Harvest li jinsab f’Misrah Turu Colombo fil-Gzira, dahal ragel mibni u b’karnagjon skur gibidlu l-attenzjoni li xtaq ikellmu. Dak il-hin fil-hanut kien hemm ‘salesman’ u klijenta u wara li s-salesman telaq huwa mar ikellem lir-ragel barrani.
Cuschieri qal lil KRONAKA f’MALTA li meta mar ikellmu fuq wara tal-hanut qallu li kellu proposta ta’ negozju fejn urih cavetta antika u qallu li ghandu hafna bhala. Jidher li l-barrani qallu li seta’ jaghmel miljuni ta’ ewro. Huma komplew jitkellmu u mxew fuq quddiem tal-hanut. Izda l-klijenta li kien hemm fil-hanut gibditlu l-attenzjoni li l-pastizzi li kellu fil-forn kienu se jinharqulu.
“Sakemm mort fuq wara smajt il-hoss tal-‘cash register’ jinfetah u ergajt hrigt nigri ghax hassejt li kien hemm xi haga hazina”, qalilna Cuschieri, izda l-halliel kien digà seraq il-flus, madwar €200, mill-‘cash register’.
Adam Cuschieri nduna u kien pront ghalaq il-bieb tal-hanut biex il-halliel ma jkunx jista’ johrog. Dan issara mieghu tant li Cuschieri sofra girfa f’idejh il-leminija. “Kif rajtu se johrog xi haga mill-but, hsibt li kellu xi arma u ma hadtx riskju u hallejtu jitlaq. Fuq kollox ahjar jiehu €200 milli jweggani”, qalilna l-vittma.
Mistoqsi x’lingwa uza, Cuschieri qal li tkellem b’Ingliz tajjeb. Il-halliel, li x’aktarx huwa Nigerjan, harab bil-mixi lejn ix-Xatt tal-Gzira. Fi ftit hin waslu l-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett li bdew bi tfittxija ghall-barrani, izda sakemm morna ghall-istampa l-Pulizija kienu ghadhom qed ifittxuh. Ghaldaqstant kull min jista’ jaghti xi informazzjoni dwar ir-ragel inkwistjoni jew fejn jista’ jinstab, huwa mitlub jinforma lill-Pulizija b’dan.
L-istharrig qed jitmexxa mill-Ispettur Jason Sultana tad-Distrett flimkien mal-Ispettur Michael Mallia mid-DIK u l-Ispettur Joe Mercieca mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Hold-Ups. Dan minkejja li ufficjalment il-Pulizija qed tqis dan il-kaz bhala serqa u mhux ‘hold-up’.
This entry was posted on Wednesday, April 18th, 2012 at 07:25 and is filed under Aggressjoni, Appell, Harba, Hold-up, Imfittex, Immigranti, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Serq, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
http://www.youtube.com/watch?v=16eJXLm3ot0&list=UUb_pqqIa6zZigtiCdxEh2AA&index=4&feature=plcp