Il-Pulizija tarresta zewg persuni
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, immexxijin mis-Supretendent Norbert Ciappara, qed izzomm ragel ta’ 35 sena mill-Gzira u tfajla ta’ 19-il sena mill-Imsida b’konnessjoni mal-mewt ta’ Alvin Schembri ta’ 36 sena maghruf bhala l-‘mouse’, mill-Gzira. Schembri kien instab mejjet kawza ta’ overdose nhar il-Gimgha, 6 ta’ April li ghadda. F’kaz separat il-Pulizija arrestat zewg nisa li ppruvaw idahhlu d-droga fil-Habs mohbija fil-parti intima taghhom.
Fi stqarrija l-Pulizja qalet li b’konessjoni mal-investigazzjonijiet li qed taghmel il-Pulizija dwar dan l-overdose, arrestat tfajla u ragel. Ir-ragel kien arrestat nhar it-Tnejn tard waranofsinhar u nstab li kien fil-pussess tad-droga eroina.
Kienet omm Schembri li wara li cemplet lil binha ghal diversi drabi u ma kellha ebda risposta, baghtet habib tal-familja biex jara jekk kienx gralu xi haga. Kien ghall-habta tal-11.20 a.m. nhar il-Gigmha l-Kbira li r-ragel dahal fil-post ta’ Schembri, li jinsab fi Triq D’Argens fil-Gzira, u sab lil Alvin mitluq fuq is-sodda minghajr hajja.
Sadanittant f’hidma ohra kordinata bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-ufficjali tal-Facilità Korrettiva ta’ Kordin, it-Tnejn wara nofsinhar gew arrestati zewg nisa, wahda ta’ 48 sena minn Bormla u l-ohra ta’ 45 sena mill-Belt.
Iz-zewg nisa kienu qed jippruvaw idahhlu ammont ta’ droga eroina, raza tal-kannabis u pilloli suspettati li huma ecstacy mohbijin fil-partijiet initmi taghhom. Kif dahlu fil-Habs ta’ Kordin, fejn wahda marret izzur lill-gharus taghha u l-ohra lil zewgha, qajmu suspett. Minn tfittxijiet li saru kemm fil-Habs stess kif ukoll fl-Isptar Mater Dei, instabitilhom id-droga mohbija fil-partijiet intimi taghhom. Huma gew arrestati u llum, l-Erbgha mistennija jitressqu l-Qorti.
This entry was posted on Wednesday, April 11th, 2012 at 08:43 and is filed under Abbuz, Arrestat, Attentat, Droga, Fatalita', Habs ta' Kordin, Kadavru, Mewt, Prigunieri, Pulizija, Qorti, Skwadra Kontra d-Drogi, Sptar Mater Dei. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ghaziz John, is-Suprintendent Nicholas Ciappara il-lum irtirat biz-zmien, Penzjonant, nahseb li ridt tghid is-Suprintendent Norbert Ciappara.
Ghandek ragun Sur Bert….. lapsus u l-izball irrangajtu. Grazzi talli gbidtli l-attenzjoni.