Ghaliex ma ntuzax it-‘Taser Gun’?
Gimgha war l-kaz li sehh qrib Ghar Hasan, limiti ta’ Birzebbuga, meta l-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile kienu kostretti jisparaw lejn ragel mill-Mali wara li dan gera warajhom b’sikkina kbira, saru diversi mistoqsijiet fosthom ghaliex il-Pulizija ma wzawx it-‘Taser Gun’ u minflok uzaw il-pistola, f’dik li tista’ tidher bhala vjolenza eccessiva. Marbuta ma’ dawn hemm il-mistoqsija dwar min ghandu jgorr ir-responsabbiltà. Mistqosij ohra hija kif wiehed mill-Pulizija hela l-hin jiffilmja minflok jassisti lil kollegi tieghu.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li wiehed irid jara kollox fil-perspettiva ta’ kif kienu c-cirkostanzi.
Dwar l-uzu tat-‘Taser Gun’, li huwa apparat forma ta’ pistola li minflok bullits johrog kurrent elettriku biex l-aggressur bix-xokk li jinghata jintilef minn sensih ghal ftit hin li jkun bizzejjed ghall-Pulizija biex irazznuh. Sfortunatament minhabba li l-Korp tal-Pulizija m’ghandux bizzejjed finanzi, meta gie biex jixtri numru ta’ ‘Taser Guns’, ma kellux flus biex jaghti wiehed kull wiehed lill-Pulizija tal-Mobile. Anzi lanqas kellu flus bizzejjed biex f’kull vettura tal-Mobile jkun hemm imqar ‘Taser Gun’ wiehed.
Staqsejna u fittixna kemm jiswew dawn it-‘Taser Guns’. Sibna li dawn jiswew madwar €900-il wiehed u ghaldaqstant bi spiza ta’ madwar €3,600 il-Korp tal-Pulizija jista’ jkollu dan l-apparat f’kull karozza tal-Mobile. Din hija inqas minn nofs dak li nefaq il-Ministru Joe Cassar fi spazju ta’ xahrejn u nofs f’ikliet biss meta nefaq €7,676.
Is-sorsi taghna qalulna li fil-fatt il-Pulizija tal-Mobile ghandhom erba’ ‘Taser Gun’ biss li jitqassmu f’unit li tkun qed tkopri t-Tramuntana ta’ Malta, iehor f’unit li tkun fin-Nofsinhar, iehor dik tal-Lvant u iehor f’tal-Punent. F’kull shift generalment ikun hemm sebgha jew tmin karozzi tal-Mobile idur ma’ Malta kollha.
‘Taser Guns’ ohrajn jinsabu f’certi Ghases tal-Pulizija li hafna minhom huma dawk l-Ghases principali jew f’dawk meqjusin bhala Distretti “jaharqu”.
Dakinhar li sehh il-kaz fuq l-irdum ta’ Ghar Hasan, il-Pulizija li kienu fuq il-post ma kellhomx ‘Taser Gun’. It-tliet Kuntistabbli li kienu involuti – PC Brian Grech, PC Jason Schembri u PC Daniel Debattista – ma kienux konxji li Samake Souleymane ta’ 26 sena mill-Mali kien armat u perikoluz jew li ghandu problemi mentali. L-uniku informazzoni li kellhom il-Pulizija kienet li kien hemm persuna li qed tghix f’xi ghar f’zona perikoluza. Huma marru hemm sempliciment biex jordnawlu jitlaq minn hemmhekk.
Meta l-Pulizija avvicinawh u kienu qrib hafna tieghu, Souleymane hareg sikkina deskritta bhala stallet u ta salt lejn wiehed mill-Pulizija. L-ewwel azzjoni li ha l-Kuntistabbli kienet li juza l-‘pepper spray’ izda minkejja li dan hela l-kontenitur kollu fuq wicc il-barrani, dan ma ghamillu l-ebda effett. Anke erba’ tiri fl-ajru ta’ twissija ma swew ghalxejn u kien hawn l-Kuntistabbli kien kostrett jispara meta l-istess Kuntistabbli kellu quddiemu ragel armat qed jigri lejh u warajh kien hemm l-irdum.
Kien hemm min ikkritika l-fatt u staqsa ghaliex ma sparax ghas-saqajn. “Facli tikteb il-kritika fuq keyboard tal-computer. Hemm barra s-sitwazzjoni hija ferm differenti anke minn dik li naraw fil-films. Hawnhekk kellek ragel armat b’sikkina li x-xafra biss kienet ta’ madwar 45 centimetru li kif jersaq lejk u xejjer biha, facli li jolqtok. Il-post ukoll kien perikoluz fejn ftit passi lura u l-Pulizija kien jispicca jaqa’ ghal isfel”, qalilna ufficjal tal-Pulizija bi snin ta’ esperjenza.
Mistoqsija ohra li qamet kienet ghaliex wiehed mill-Pulizija hela l-hin jiffilmja u mhux mar jghin lill-kollega tieghu. Minbarra l-opinjoni tas-sorsi taghna, jien (bhala gurnalist u fotografu) dakinhar kont fuq il-post u certi fatti rajthom isehhu. Dwar il-filmat dan kien twil ftit sekondi biss u gie jiswa’ mitqlu deheb ghax huwa l-ikbar xhieda li fil-fatt Souleymane kien armat.
“Qatt ma kont nasal biex niddubita l-verzjoni tal-Pulizija li dan ir-ragel kien armat u li gera wara wiehed mill-Pulizija jxejjer sikkina kbira. Imma kienet tkun difficli tipperswadi lil hafna nies kif Souleymane milqut b’zewg tiri, kellu s-sahha jixxabbat mal-blat, imur fl-ghar fejn kien qed jghix, jahbi s-sikkina u wara jerga’ jitla’ fil-livell tat-triq kif kien ferut. Dawk il-ftit sekondi migbudin mill-Kuntistabbli Debattista juri kif sehhew il-fatti”, sahaq l-istess ufficjal.
Kritika ohra li saret kienet – ghaliex bniedem ferut b’zewg tiri ta’ arma tan-nar tmexxa lejn l-ambulanza u mhux tpogga fuq strecer u ngarr lejn l-ambulanza.
Li Sumake Souleymane huwa bniedem ta’ statura kbira u mmuskolat huwa fatt li kull min kien fuq il-post seta’ jara kif ukoll anke dawk li rawh wara. Ahna nistghu nghidu wkoll li meta Souleymane kien avvicinat mill-Pulizija u kien mitlub iqum bilwieqfa, ghamel dan wahdu minghajr ghajnuna. Fl-ebda hin il-Pulizija dehru jisfurzaw lill-aggressur jew intuzat xi tip ta’ forza fuqu izda zammewh biss sakemm mexa sal-ambulanza bhala sigurtà u mhux ghax kellu bzonn xi ghajnuna. Anke meta wasal hdejn l-ambulanza, Souleymane tela’ fiha wahdu minghajr ghajnuna.
Min-naha l-ohra, qalulna s-sorsi, forsi kien il-lok li l-ewwel seta’ gie ezaminat u wara ttiehed lejn l-ambulanza. Izda dan kien ifisser aktar hela ta’ hin ghax kienu jridu jistennew tabib jigi fuq il-post peress li mal-ambulanza kien hemm infermiera. Izda xorta wahda ma kienx ambjent sigur fejn sehh il-kaz u li l-infermiera tinzel fuq l-irdum.
“Inutli li tibghat l-infermiera biex tezamina pazjent li kien ghadu kif kien perikoluz mal-Pulizija u tispicca b’infermiera f’pozizzjoni xejn sigura u ma jkollokx ghajnuna medika. Ghalhekk kien aktar sigur meta l-pazjent ikun taht sorveljanza akbar fl-ambulanza”, qalulna sorsi fil-Mater Dei.
Ghalkemm Sumake Souleymane kien ghal xi hin fil-periklu tal-mewt wara li gie operat, jumejn wara kien digà f’qaghda stabbli u anke ma baqax aktar fil-periklu li jitlef hajtu.
This entry was posted on Sunday, April 8th, 2012 at 08:29 and is filed under Ambulanzi, Armi, Arrestat, Emergenza, Feriment, Ghassa tal-Pulizija, Infermieri, Korp tal-Pulizija, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Rabja, SAG, Sparatura, Sptar Mater Dei, Theddid, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ma nafx min fejn gibtu dik il-figura ta kemm jiswa Taser gun imma jien fittxejt u sibt li jiswew bejn 305 – 381 euros. Stun gun min banda l-ohra jiswa 34 euros. Differenza bejn Taser gun u stun gun, hija li Taser gun jista jigi operat min certu distanza filwaqt li stun gun trid tkun qrib il-persuna koncernata.
Li pulizija tmur fuq post u tibbaza l-azzjoni fuq dak li jghidu in-nies, ghalija mhux prattika professjonali. Qatt m’ghandek tassumi specjalement f’xoghol ta dan it-tip.
Fl-istess hin kien hemm kaz iehor fejn persuna aggixiet b’mod mhux biss perikoluz ghal-pulizija innifisha tant li din il-persuna saqet bl-intenzjoni cara li twegga il-pulizija, imma anke ghal-publiku in generali bil-mod perikoluz li kienet qed issuq, anke wara li wegget pulizija u difersi tentattivi biex iwaqfuh. Fl-ebda hin ma intuzat il-pistola fejn jien jidhirli li kien hemm sitwazzjoni li tigi uzata.
Hemm ghalfejn nikkumenta iktar. Skuzani bil-quddiem imma jien personalment ghadni minhiex konvint li dak li gara huwa sew!
insejt il-link – http://www.beststungun.com/taser-stun-guns.html
dawk riedu joqtluh ax iswed billi kien go ghar ma kien jati fastidju lil had ax kien ilu jorqod em maniex puluzija trenjati u mhux sopost tispara il puluzija lewwel u dan ma kellux arma tan nar sikina le xi haga tinten emm forsi izejt jitla fil wicc lilma jek kienu sejrin alih ax ma ftemux qabel u gabu tal sag qabel supost jafu lezerciju dawn
le hi kif taqbad tispara ax iswed kont inhalih u ingib lil min hu kapaci u trenjat mela jindahlu dawk it tlieta u jisparaw bladoc lanqas fuq il gamim ma ihaluk tispara ahseb hu ara fuq bniedem ma kien qied jaghmel xejn hazin u dan laqtuh u mar jahbi larma imbierek alla le mahniex kapaci ma tfal zahar jamluwa larja ma kienux kapaci jiehdulu sikkina xi haga tnten emmm
@ charlie xerri.
Chal, donnok tifhem hafna fix xoghol tal pulizija….. prosit.
nahseb ahjar taghlaq halqek u naraw l-esodu ta l-inkjesta umbaghad ikkummenta kemm trid…..
ghal paroli vojt tidher li tinqala sew inti!
GET A LIFE!!
@ tonio,
Ghaliex ghandu jghalaq halqu? milli jidher int taf xi haga u qed tibza li tigi esposta.
Bil-kumment tieghek nahseb ghadek kif infaht fuq il-gamar.
Kemm hawn min hu bravu qed nghid! Attent john ghax ha jiehdulek xogholok dawn it tnejn. Qishom qeghdin jghidu li linvestigazjonijiet tieghek biex ktibt dan lartiklu mhumiex korretti. Ara veru hawn min jitkellem mil p……a.
Ara ggibx xi ftit minnhom dawk it tazers u tbieghomlu int lill korp. U tghid mhux hekk. Lanqas idea ma ghandek habib ta x’garanzijji kien hemm meta nxtraw dawk it tazers. Jekk ma tafx dawk ingiebu personalment mir-raprezentant tal kumpanija mill Amerika u mhux inxtraw min e-bay jew min fuq l-internett. Ghadek ma tafx x’manutenzjoni jinghataw regolarment u reading mill kompjuter taghhom jittiehed kull xahar u jintbaghat barra. Mela mhux hekk hej ixtrihom online ta halli tohrog ta ragel.
U dak il bravu l-iehor li qal li semma il gamiem. Ghandek tkun taf habib li meta tara lill xi hadd gej b’sikkina ghalik tahsiba mod iehor ta. Il gamiem ma jigix ghalik bis sikkina. (Tistaqsinix kif naf dan kollu ta imma biss jekk ghandek dubju ahjar tindaga sew)
Kull kaz hu sitwazjoni differenti u tiprovax tqabbel dan il kaz ma l-iehor tal karozza. Nahseb li l-esperti li qedin jezamiw dan il kas huma responsabbli biz-zejjed biex jiznu kull dettal. Paroli u supposizjonijiet ma jaghmlux unur lill hadd anzi juri l-injoranza ta certi nies.
Prosit John ta xoghol tieghek.
@ Spiru C
“Kemm hawn min hu bravu qed nghid! Attent john ghax ha jiehdulek xogholok dawn it tnejn. Qishom qeghdin jghidu li linvestigazjonijiet tieghek biex ktibt dan lartiklu mhumiex korretti. Ara veru hawn min jitkellem mil p……a.”
Hadd ma jrid jiehu xoghol hadd, li ktibt kollu mill-immaginazzjoni tieghek u wara kollox int ktibtu. Ha n’ghidlek min qed jitkellem mil- p…….a ta’-
l-ewwel nett, l-ebda taser gun ma jinbiegh fuq e-bay, il-link li ghamilt referenza jien hija amerikana. ahjar tinforma ruhek int !
ghaliex ma nqabbilx il-kazijiet, eee bilhaqq ghandek ragun ax wiehed ‘iswed’ u l-iehor ‘abjad’, ux hekk ridt t’ghid.
Mur ghid injoranta lil magistrata li kella tmur t’ghamel l-investigazzjonijiet min naha taghha ghax ‘L-esperti’ ghamlu xoghlhom sewwa fil- kaz ta xuereb.
Miniex ha nitfa lil kulhadd f’keffa wahda ax naf li hemm pulizija, investigaturi li jaqdu dmirhom imma jiddaspjicini n’ghid li hawn hafna nuqqasijiet u jien minhiex ha noqghod nomoda, li hu sew n’ghidlu sew imma li hu mhux sew, hekk n’ghidlu mhux sew.
Meta is-sur Pisani gibidli l-attenzjoni li kelli zbal ghammettejt u nista nassigurak li ghandi stima lejh u insib l-artikli tieghu ferm interessanti.
l-injorant huwa int bil-kumment tieghek, ax ma kontx kapaci tikteb b’mod kostruttiv u b’element ta diskussjoni civilizzata, imma le waqajt fil-baxx ax l-ehfef mod li sibt hu li tinsulenta in-nies. Prosit ax hrigt bl-unuri.Jien ktibt dak li hassejt ax ghandi dritt bhal ma ghandek dritt int tikteb dak li tahseb imma m’ghandek l-ebda dritt tinsulenta lil xi hadd sempliciment ax ma jaqbilx mieghek. GRAZZI !!
Sur Xerri jidher li int f’hajtek kellek xi problemi serji mal-Pulizija.
Barra li qed taghmel akkuzi serji u malafamanti minghajr ma ghandek l-icken prova ta’ xejn, qed turi l-mibgheda li ghandek fil-konfront tal-Pulizija. Jekk int daqshekk cert li dawn il-Pulizija “riedu joqtluh ax iswed”, biex nuza kliemek stess, allura bhala cittadin onest, dejjem jekk int onest u m’ghandek l-ebda faham miblul, ghazla wahda ghandek – mur ghand il-Kummissarju tal-Pulizija u ghidlu l-verzjoni tieghek u meta dawn il-Pulizija jitressqu l-Qorti kun lest biex titla’ tghid il-verità li int cert minnha bil-gurament. Jekk veru “riedu joqtluh ax iswed”, allura ghandha ssir gustizzja.
Min-naha l-ohra jekk parlajt fil-vojt, ghax ovvja li int ma kontx fuq il-post u ma tafx ezatt x’gara, allura l-unika triq ta’ rgulija hija li tiskuza ruhek u tammetti li zbaljajt. Ma tantx hemm fhiex titfixkel – jew wahda jew l-ohra Sur Xerri.
Mela biex tkunu tafu t Tazer kieb gie allokat f’ghasess u kienet harget ordni biex waqt r ronda ikun jingarr mis surgent. Meta gara kas gewwa Franza u mietet persuna wara li kellu jintuza t Tazer harget ordni ohra biex t Tazer ma jibqax jigi uzatt. Mela meta kien jista jintuza kien jigi surgent li hemm fl-akkademja biex jiccekja t Tazers fl-ghasess u meta harget din l-ordni waqaf kollox u t Tazer kien biss biex jibqa fis safe u jigi bhala hand-over biss. Hawn Malta kulhadd ipattpat ghax jew majkunx jaf l-affarijiet kif jkunu jew qatt manserta fuq xoghol perikolus bhal dak tal pulizija meta jigi quddiem persuna ta kulur li jkun u qiegheda tpoggi hajjet xi membru fil perikolu. Barra minn Malta jintuza t tazer u anke geww sparati tiri meta l hajja ta xi ufficjal kienet fil perikolu. Fuq dan naf x’jien nghidt ghax kienet harget Cirkulari mis Sur Lawrence Cauchi A.C.
Sorry ha nindahal bhas-soltu.
L-ewwel haga… insejtu li mal- uniformi tal- pulizija jaghtuk lembuba. Defnittivament dik li tinghata hija oggett medjevali u li missu inqata ghexien ta’ snin ilu. Probabbli li hafna jippreferu glock milli l-lembuba li tinghata.
F’kaz bhal dan, l-aqwa ghodda ghal Pulizija “ittrenjat” kienet tkun il-lembuba. B’taser tista fil-Paniku ma tolqotx. B’Lembuba tista’ kemm tilqa daqqa ta’ sikkina u zzomm distanza qasira u tista anke tuzaha biex twaqqaf aggressur. Imma, xorta hemm ftit problemi.
1. Irid ikollok training tajjeb (mhux session kull erba snin ta’ siegha);
2. Irid ikollok nervi tal- hadid u ma tippanikkjax (mhux kull min jilbes uniformi isir superman)
3. F’kull sitwazzjoni, mhux l-elementi kollha jistghu jkunu “picture perfect”, i.e. dak il-hin trid tkun fiz-zarbun ta’ dak il-pulizija.
Ghal min qed jghid ghax iswed jew abjad, jiddispjacini, imma nahseb li l-Pulizija involut iktar lejn is-sikkina kien qed ihares milli lejn gildu.
U fl-ahhar mill-ahhar, milli intqal, dan il-persuna ma kienx persuna kwaleunkwe. Intqal carament li kellu problemi mentali u li kien persuna mibnija sew. Hawnhekk intqal ukoll li l-pulizija li marru fil-post ma kellhomx ideja ta’ min ser isibu. Ghalhekk, wiehed irid jaccetta li kultant iva, kultant taghqad u semplici inspection spiccat storja shiha.
NIstghu nghidu li ftit preparazzjoni kienet tkun ahjar imma nahseb li dawn il-pulzija tal- mobile probabbli jaghmlu ghexieren inspections kuljum u mpossibli li kull wahda titrattaha daqs li kieku wara l-kantuniera ser issib armata shiha bis-skieken u snieter. Mhux il-kaz lokali.
Sur Pisani.
Nixtieq nikteb fuq il kaz ta’ disprezz lejn il hidma tal puluzija
Jien naqbel li l pieni ghal min jirrezisti jew jattakka fizikalment lill puluzija bhal ezempju bhal ma rajna fuq it television ghandhom jizdiedu ferm aktar u l miniemu ghandhu ikun il habs u mhux multa jew probation.
Nixtieq nistaqsi din il mistoqsija lil minn maqdar il hidma tal puluzija.
Min jaf kieku dak li maqdar il korp ikollu it tifel tieghu jew zewghu membru tal korp, u johrog ghax xoghol u fil hidma tieghu jigi maqtul bhal ma gara f’kazi ohra?
Jekk allahares jghaddi minn din it trawma xi jghid?
Prosit Sur Pisani ta’ appogg li tghati lill membri tal Korp.
Posted by Cikku
Prosit Cikku, lill-ohrajn nghdilhom, ghax ma tmorrux u tiffaccjaw intom dawn is-sitwazzjonijiet halli mbghad turu kemm intom bravi u qalbiena. Ghatu l-hobz lill min jaf jieklu u x-xoghol lill min jaf jahdmu u jghamlu.
jien forsi bhal ma jaf kulhadd ma tanc naqbez ghall puluzija imma f dan il kaz ma nafx xmux qedin tifmu !!! jekk inkun jien flok il puluzija u jpogili hajti jew is sahha tieghi f periklu car nispara kont ukoll !! hafna drabi il puluzija jigu f posizjoni li jkollom jirangaw zbajli ta awtoritajiet ohra !! GHALL MIN MA JAFx DAN IR RAGEL (ABJAD U ISWED MA TAMILX DIFFERENZA ) KIEN ILU IBATI MIN MARD MENTALI U HALLEWH !!! HALLEWH !! JITLAQ MIN JEDDU MIN HAL FAR !! RAGEL B MARD MENTALI WAHDU GO GHAR !! mux ghax ghandi xi haga kontra min ghandu mard mentali imma trid toqod attent hafna drabi ma jkunux konxji tal gravita ta l affarijiet li jkunu qedghin jaghmlu !!!
Qed nikteb bhala membru tal korp u iva,naqbel mas sur bertu mula fil kumment tieghu, haga wahda jghid jiena…. Min jaf kieku l pulizija jien membru tal familia tieghi sur xerri kieku xorta kont tispara l kanuni lejh?
Minhu bhal alla? skuzani pero tisá ’tispjega ruhek sewwa?
X’haga bhal dan il kaz kien hemm gewwa hal Qormi xi zmien ilu.
Responsabli huwa dak li jaghmel tajjeb ghalihom u flok li jiehdu il kura johorguhom l-barra.
Imbaghad il puluzija jissogra hajtu ghal l-izbalji ta haddiehor.
HEKK SEW?
Mela mhux MISSIER ta familja jew IBEN ta xi hadd ikun il puluzija?
TAJJEB HEKK?