Tpogga taht ordni ta’ supervizjoni
L-Ispettur Jeffrey Cilia, li bhalissa jinsab sospiz mill-Korp, tpogga taht ordni ta’ supervizjoni wara li l-Ufficcju tal-Avukat Generali appella mid-decizjoni tal-Qorti wara li nghata l-helsien mill-arrest u talab biex ikunu ordnati aktar kundizzjonijiet stretti fuq Cilia.
Jeffrey Cilia tressaq il-Qorti darbtejn fi spazju ta’ tliet xhur fuq zewg kazi separati. L-ewwel kaz sehh lejn l-ahhar ta’ Dicembru 2011 meta allegatament Cilia sawwat zewg zghazagh f’Paceville wara li wiehed minnhom bezaq fl-art ghalkemm Cilia allega li dawn kienu wettqu att vandalu. Meta l-ispettur tressaq il-Qorti huwa gie mixli b’diversi akkuzi fosthom li ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija meta marru biex jinvestigaw il-kaz. Wara li tressaq il-Qorti huwa nheles mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.
Fid-29 ta’ Marzu 2012, Jeffrey Cilia rega’ gie fl-inkwiet minkejja li kien jinsab bil-libertà provizorja. Dakinhar huwa cempel lill-Ispettur Louise Calleja u allegatament heddida b’hajjitha. Wara mar fir-residenza taghha f’Tas-Sliema u fost ghajjat, storbju u gesti oxxeni huwa kisser il-bieb ta’ barra tal-blokk ta’ appartamenti fejn toqghod l-ispettur.
Wara li gie informat li l-Pulizija kienu se jmorru biex jarrestawh fuq ordni tal-Kummissarju tal-Pulizija, Cilia mar minn jheddu d-Depot tal-Pulizija bil-karozza tieghu BMW fejn gie akkuzat li saq din il-karozza taht l-influwenza tal-alkohol u b’mod traskurat minn Tas-Sliema sal-Floriana.
Kif Cilia dahal fid-Depot kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija  John Rizzo flimkien mal-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi u Supretendent Domnic Micallef li kienu qeghdin jospitaw delegazzjoni barranija x’aktarx mix-Schengen.
Kien hawn li Cilia beda jhedded lill-Kummissarju Rizzo u lill-ufficcjali l-ohrajn fil-prezenza tal-barranin.
Huwa tressaq il-Qorti b’arrest u ghal darb’ohra rega’ nghata l-libertà provizorja. Izda Dr Philip Galea Farrugia mill-Ufficcju tal-Avukat Generali pprezenta appell ghal revokazzjoni tal-libertà provizorja jew biex ikun hemm kundizzjonijiet aktar stretti imposti fuq Cilia.
Fil-Qorti Dr Galea Farrugia qal li wara li kkonsulta mal-Avukat Edward Gatt, li qed jidher ghal Jeffrey Cilia, qablu bejniethom li l-Ispettur Cilia ghaddej minn perjodu difficli hafna u jidher li Jeffrey Cilia ghandu bzonn l-ghajnuna.
L-Imhallef Lawrence Quintano ordna biex Jeffrey Cilia jitpogga taht ordni ta’ supervizjoni sakemm jintemm il-kaz.
This entry was posted on Saturday, April 7th, 2012 at 07:13 and is filed under Abbuz, Arrestat, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Qorti, Rabja, Theddid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.