Ghassies ipprova jisraq ramm minn fabbrika maghluqa
Ragel li tqabbad minn kuntrattur joqghodlu ghassa ma’ diversi ingenji, allegatament ipprova jisraq ramm minn fabbrika maghluqa, izda kien intercettat mill-Pulizija qabel lehaq hareg bir-ramm mill-fabbrika.
Il-Gimgha ghall-habta tal-12.20 p.m. il-Pulizija gew informati li kienet qeghda ssehh serqa minn fabbrika li mhux tintuza li tinsab fil-Qasam Industrijali ta’ Hal Far. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Hadrian Sultana flimkien mal-Kuntistabbli George Zammit kif ukoll zewg units mill-Iskwadra tal-Mobile.
Kif il-Pulizija waslu fuq il-post semghu hsejjes gejjin mill-fabbrika u ghaldaqstant iccirkondaw il-fabbrika. Kif habtu fuq wiehed mix-shutters, il-hsejjes minn gewwa waqfu u ma nstema l-ebda hoss iehor. Ghaldaqstant il-Pulizija rnexxielhom itellghu x-shutter u kif dahlu sabu ma’ wicchom ragel qrib ‘switchboard’ u xi ghodda. Qed ikun allegat li r-ragel kien qed jipprova jzarma r-ramm.
Minn aktar stharrig irrizulta li r-ragel ghandu 42 sena minn Hal Kirkop ghalkemm dan l-ahhar kien qed jghix f’container peress li kien qed jaghmel xoghol ta’ ghassies fl-inhawi. Fil-fatt huwa kien ghassa ma’ ingenji tal-kuntrattur li qed jaghmel xoghol ta’ kostruzzjoni fit-toroq. Ftit tal-hin wara anke waslet il-mara tieghu.
Fuq il-post marret l-Ispettur Priscilla Caruana tad-Distrett li qed tinvestiga l-kaz. Bhalissa l-fabbrika hija tal-Malta Industrial Parks peress li mhix tintuza aktar.
This entry was posted on Saturday, April 7th, 2012 at 08:03 and is filed under Arrestat, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Serq, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.