Missier jissogra li jinharaq biex isalva lill-familja
Louis Xuereb ta’ 53 sena minn Hal Qormi ssogra li jinharaq biex isalva lill-familja u d-dar meta xi hadd ta n-nar il-bieb tar-residenza tal-familja Xuereb fi Triq il-Vitorja, f’Hal Qormi.
Il-Gimgha ghall-habta tas-1.40 a.m. Xuereb kien id-dar flimkien ma’ martu u ibnu, peress li zewg uliedu ohrajn kienu ghadhom ma dahlux id-dar. “F’daqqa wahda smajt bhal hgieg jinkiser u hsibt li kien waqa‘ xi haga jew xi hadd dahlilna gewwa. Kif mort nara x’gara rajt duhhan hdejn il-bieb ta’ barra”, qalilna Louis li kien ghadu taht xokk.
Huwa qal li ghajjat lill-martu u lill-ibnu biex iqumu u b’sogru ghalih personali fetah il-bieb u sab vampa nar ma’ wiccu. Huwa kien pront u beda jitfa’ l-ilma fuq in-nirien u fi ftit hin irnexxielu jitfih. Dak il-hin ghaddiet karozza tal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile li waqfu jassistu lil Xuereb u lill-familja tieghu.
Jirrizulta li xi hadd pogga tyre, xerreb il-petrol fuqu u tah in-nar. B’xorti tajba flixkun iehor tal-plastik tal-minerali mill-kbar, li kien ukoll mimli bil-petrol, ma lehaqx ha n-nar ukoll. Kieku dan il-flixkun ha n-nar kif Xuereb fetah il-bieb, kieku l-missier kien jispicca mahruq.
In-nirien lehqu ghamlu hsarat estensivi fil-bieb u l-faccata izda minhabba l-intervent f’waqtu minn Louis Xuereb, in-nirien ma dahlux gewwa u ghalhekk l-unika hsara li ghandhom fuq gewwa huwa mal-hitan u l-ghamara bin-nugrufun.
Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Joseph Agius li bdew bl-istharrig filwaqt li l-Magistrat Dr Antonio Mizzi ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, il-Professur Alfred Vella u l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
This entry was posted on Saturday, April 7th, 2012 at 07:55 and is filed under Hruq, Inkjesta, Nirien, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Xokk. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.