Zewg hallelin armati jitterrorizaw familja
Familja b’tifla ta’ ghaxar snin spiccat imwerwra minn zewg kriminali li dahlu f’pizzerrija fil-Hamrun armati b’armi tan-nar u wettqu hold-up fuq is-sid u l-impjegati tieghu.
Dan is-sitt hold-up din is-sena, li nafu bihom, sehh ghall-habta tat-3.15 a.m. fil-pizzerrija ‘Pizza4U’ li jinsab fi Triq Schembri fil-Hamrun. Dak il-hin fil-post kien hemm ragel flimkien ma’ martu u binthom ta’ ghaxar snin kif ukoll zewg impjegati, wiehed ta’ 28 sena minn ta’ Tas-Sliema u iehor ta’ 35 sena minn Hal-Qormi kif ukoll sid il-post, ragel ta’ 41 sena minn Santa Venera.
F’daqqa wahda dahal l-ewwel kriminali mghammad u armat b’arma tan-nar u beda jhedded lil dawk li kienu fil-‘Pizza4U’ u ftit sekondi wara dahal komplici tieghu li wkoll kien mghammad u armat. Iz-zewg hallellin ordnaw lill-impjegati biex ituhom il-flus kollha li ghandhom u wara li serqu madwar €1,000 li kienu fis-safe, harbu minn fuq il-post fejn kien hemm karozza tistenna qrib il-Victor Tedesco Stadium ftit metri ’l boghod.
Fuq il-post marru l-Pulizija tal-Mobile kif ukoll tad-Distrett li bdew bl-istharrig u tfittxija ghall-hallelin li rrizultat fin-negattiv. B’dan il-hold-up giet informata l-Magistrat Dr Gabriella Vella li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
This entry was posted on Monday, April 2nd, 2012 at 07:08 and is filed under Armi, Esperti, Harba, Hruq, Imfittex, Inkjesta, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Tfittxija, Theddid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.