Hedded lill-Kummissarju tal-Pulizija
L-Ispettur tal-Pulizija Jeffrey Cilia, li bhalissa jinsab sospiz fuq akkuzi ta’ swat, ghal darb’ohra rega’ deher il-Qorti din id-darba b’akkuzi ferm aktar serji fosthom li hedded lill-Kummissarju tal-Pulizija kif ukoll ufficjali ohrajn. Huwa mifhum li dan it-theddid sar quddiem delegazzjoni barranija li dak il-hin tar-reat kienu fid-Depot tal-Pulizija.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija allegaw ma’ KRONAKA f’MALTA li kollox beda nhar il-Hamis, 29 ta’ Marzu meta Jeffrey Cilia ta’ 38 sena min-Naxxar cempel lil spettur tal-Pulizija u heddidha b’hajjitha. Aktar tard, ghall-habta tal-10.30 p.m., huwa mar fir-residenza taghha f’Tas-Sliema u fost ghajjat, storbju u gesti oxxeni huwa kisser il-bieb ta’ barra tal-blokk ta’ appartamenti fejn toqghod l-Ispettur.
L-istess sorsi qalulna li persuna li rat dan isehh cemplet lill-Pulizija fejn minnufih gie informat il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Qed jinghad li l-Kummissarju ordna lill-Pulizija tal-Mobile biex imorru jarrestawh minnufih peress li allegatament kien ta’ theddida ghal persuni ohrajn.
Is-sorsi qalulna li xi hadd jidher li informa lil Cilia li kienu se jmorru ghalih il-Pulizija tal-Mobile u ghaldaqstant Cilia mar hu stess id-Depot tal-Pulizija bil-karozza tieghu BMW fejn waqaf quddiem id-dahla tad-Depot. Huwa mifhum li kif Cilia dahal fid-Depot kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija flimkien mal-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi u Supretendent Domnic Micallef li kienu qeghdin jospitaw delegazzjoni barranija x’aktarx mix-Schengen.
Kien hawn li Cilia allegatament beda jhedded lill-Kummissarju Rizzo u lill-ufficjali l-ohrajn fil-prezenza tal-barranin. Ghalkemm ma stajniex nikkonfermaw, kien allegat li Cilia anke ghamel xi hsara fil-vettura li tintuza mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Minnufih Jeffrey Cilia gie arrestat u kif zvelajt f’rapport li ppubblikajt aktar kmieni (http://johnpisani.net/kronaka/?p=9688#more-9688 ) huwa baqa’ jinzamm arrestat fil-lock-up tad-Depot.
Is-Sibt waranofsinhar Ispettur Carlos Cordina u l-Ispettur Darren Buhagiar resqu lil Jeffrey Cilia l-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Gabriella Vella u akkuzawh bi 18-il akkuza li ghalihom huwa wiegeb li ma kienx hati.
Cilia gie akkuzat fost ohrajn li hedded lill-Kummisarju tal-Pulizija John Rizzo, lill-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi u lis-Supritentent Domnic Micallef, hedded bil mewt lil Spettur mara, li uza ‘network’ jew apparat ta’ kommunikazzjonijiet elettronici biex hedded bih, li ta fastidju lill-istess spettur u persuni ohrajn u li bezza li se tintuza vjolenza kontra taghha u l-familja taghha u li ghamel hsara volontarja.
Jeffrey Cilia gie akkuzat ukoll li saq karozza BMW taht l- influwenza tal-alkohol u li saq l-istess karozza b’manjiera traskurata u perikoluza.
Fl-ahharnett Cilia gie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti preseduta mill-Magistrat Dr Audrey Demicoli li harget fil-konfront ta’ Jeffrey Cilia fit-23 ta’ Dicembru 2012.
Permezz tal-Avukat Stephen Tonna Lowell, l-akkuzat wiegeb li mhux hati tal-akkuzi u talab biex jinheles mill-arrest liema talba giet milqugha fuq diversi kundizzjonijiet.
This entry was posted on Saturday, March 31st, 2012 at 18:46 and is filed under Abbuz, Arrestat, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Qorti, Rabja, Theddid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Inkredibli dal bniedem ha jwega jew joqtol lil xi hadd umbad inheles mil arrest dan jider fic car li dan il bniedem tilef rasu .personalment jidispjacini ghalih sa certu punt imma kretinata jekk int zbaljajt jew ahjar ghandek kas tiftah iehor ?mela ghadbad u itfaw gewwa ha jduq il habs sur magistrat.imma jkolli najd li ghandu naqa power mux hazin dan il bniedem.il qorti qalatna u dardritna bis sentenzi ikolli nametti u najd li Franco debono kellu hafna ragun fuq hekk avolja ma naqbilx mal agenda politika tieghu.il huta iz zghira qatt ma kielet il kbira.
kiser il kundizzjoni tal qorti u rega nghata il liberta provizorja ara vera PAJJIZ TAL MICKEY MOUSE
Mela lewwel kummiedja paceville u issa kummiedja mal-kummisarju dan min hu biex hadd ma jista jghamillu xejn ax donnu anke il-magistrati qed jibzghu minnu ax hallewh barra. X’ tip ta akkuza riedu aktar il-magistrati sabiex ikollom fuq xiex izommuh arrestat sa xhin tinqata is-sentenza? Jekk forsi hawn xi hadd li jaf jirrispondi id-domandi tijej naprezza ghaliex vera nixtieq nitghallem kif jimxu laffarijiet fil-qorti ta’ malta izda ma nistax naqbad art.
hekk hu gustizzja……… il mara tieghi qabzet il limtu tal velocita hat attard b 5km….55km kienet ghaddeja u wehlet 40 EWRO jigiefieri il mara li hadet l ewwel citazzjoni ta hajjita krimainali aktar minn hafna fosthom is sur cilia
Pudina wahda wars l-ohra….mela x qed nistennew li Issa jhedded xi magistrat u mbaghad forsi nitfuh kordin? Jew ghax forsi hu min hu jansen li huwa ta wars alla kif instema jghid aktar minn okkazjoni wahda gol- bitha tas CID? Nissimpatizza mal- korp tal- pulizija ghax huma nies bhal dawn li jtebbghu l- image tal- korp… Sinjuri Pulizija newsmen li l-poplin malti jafdakom u jirrispettakom,pero tridu taghtu ezempju u mhux taghmlu aghar minnu kif ghamel li spettur Jeffrey cilia…
mela dan il joker kollu darba fuq suspett ta serqa faqali l bieb tad dar flimkien ma 4 shabu pulizija u tela b revolver u amililu ma rasi.kinet esperjenza trawmatika alija…..
dak jibzaw iqeduh kordi mela ma tafhux kemm hemm lest ghalih jew
Go dan il-pajjiz bully trid tkun imbaghad jekk tilbes l-uniformi aktar taghmel li trid.
C randon, la ghamel u jkun haqqhu ma nafx ghaliex jibzghu jitfugh Kordin, jekk tkessah hemm postu u mhux jigri mas-saqajn ghax dan periklu mhux pubbliku imma nazzjonali ghax ta theddida anka ghalih innifsu
naqbel mieghek 100% S.W.A.T Member