Mill-2007 se jkunu telqu iktar minn 400 Pulizija
Sa l-ahhar ta’ din is-sena aktar minn 400 membru tal-Korp tal-Pulizija se jkunu telqu mill-Korp mill-2007. Il-maggoranza taghhom ghazlu li jitilqu ezatt malli ghalqu l-25 sena servizz u mhux fl-età tal-pensjoni.
Din il-gimgha fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Franco Debono staqsa lill-Ministru Carm Mifsud Bonnici, li huwa responsabbli mill-Pulizija, jistax jghid kemm ufficjali tal-Pulizija telqu mill-Korp fl-ahhar hames snin u kemm hemm ufficjali li wrew li se jitilqu matul din is-sena.
Min-naha tieghu l-ministru qal li kien hemm 367 membru li spiccaw mill-Korp tal-Pulizija bejn l-1 ta’ Jannar 2007 sat-22 ta’ Marzu ta’ din is-sena u hemm 46 ohrajn li ssotomettew l-applikazzjoni biex din is-sena jitilqu wkoll.
Fost dawk li telqu kien hemm seba’ Assistenti Kummissarji, seba’ Supretendenti, 24 Spettur, 21 Surgent Maggur, 53 Surgent u 255 Kuntistabbli. Filwaqt li fost dawk li behsiebhom jitilqu din is-sena hemm Assistent Kummissarju, zewg Spetturi, tliet Surgenti Magguri, tmin Surgent u 32 Kuntistabbli biex b’hekk jekk dawn jirtiraw mill-Korp sal-ahhar ta’ din is-sena l-Korp tal-Pulizija se jkun tilef 413-il membru mill-2007.
Sadanittant l-istess Franco Debono staqsa wkoll lill-Ministru tal-Intern jekk hemmx il-hsieb li jigu effetwati emendi kontemplati fl-2003, fir-regolamenti li jirrigwardjaw il-pensjonijiet tal-Pulizija fis-sens li tigi introdotta l-ghazla li l-ufficjali tal-Pulizija li se jirtiraw ikunu jistghu jigu moghtija flok din il-pensjoni, pensjoni bir-rata ta’ tliet kwarti tal-pensjoni originali flimkien ma’ gratifkazzjoni li tkun daqs 12-il darba u nofs l-ammont li hekk jitnaqqas mill-pensjoni originali jew jekk xi tibdil iehor huwiex mahsub.
It-twegiba tal-Ministru Carm Mifsud Bonnici kienet li jinsab infurmat li ma hemm ebda hsieb li jigu disturbati l-arrangamenti prezenti ghar-rigward tal-pensjoni tas-servizz li jibbenifikaw minnha membri tal-Korp tal-Pulizija.
Sadanittant l-irtirar ta’ numru kbir ta’ Pulizija jidher li mhux jinzel tajjeb mal-amministrazzjoni tal-Korp. Sorsi fi hdan il-Korp qalu lil KRONAKA f’MALTA li fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija mxew ghajdut li l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo baghat ghal xi whud mis-Surgenti Magguri li rtiraw ricentament jew li jridu jitilqu fejn allegatament xtaq ikun jaf ghaliex se jirtiraw wara li kien l-istess John Rizzo li rega’ introduca dan ir-rank wara nuqqas ta’ snin li l-Korp minghajr Surgenti Magguri.
L-istess sorsi qalulna li s-Surgenti Magguri, ghalkemm huma grati hafna lejn il-Kummissarju, hemm minnhom l-pressjoni tax-xoghol li ghandhom qed iggielhom biex jitilqu. Hemm minnhom, specjalment dawk fid-Distretti, li bilkemm jistghu jiehdu l-leave u jekk ikunu leave jispiccaw il-hin kollu jirrispondu l-mowbajl.
This entry was posted on Thursday, March 29th, 2012 at 07:40 and is filed under Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, MPA, Pulizija, Rabja, Surgenti Magguri. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
John sewwa qiedt tghidt il-problema tider bic car li qatt taht kumissarji ohra ma telqu mil korp numru kbir ta pulizija izda f’zmienijiet ohra kienu mhux li jitilqu wara 25 sena imma jitolbu biex jibqaw jghatu s servizz taghhom sa 62 sena. Issa l problema tant hi kbira fejn qabel kien hemm korp b inqas nies imma jahdmu b’dedikazzjoni u maghqudin kollha bhala FAMILJA WAHDA imma llum hemm hafna pulizija pero mhemmx il KWALITA . John Rizzo kien ghidt biex narawh bhala l kap ta’ familja pero meta ma timxiex mal membri tal familja tieghek l-istess TFARRAK dik il familja u hekk gralu l korp. Dan l kumissarju tant jibza mil kritika li meta jkun xi hadd mill Other Ranks malajr jghamel SHOW bih pero meta jkun hemm ufficjal li jkunu taht l Gwienah tieghu, u jizbaljaw bl ikrah, dawk jistaw jirrizenjaw baxx baxx mal lejl u jitilqu biex jkunu jistaw jqawdu l penzjoni. Mela kif sewwa jghidu li l Ministru C. M B. GHANEJH MALUQA biex ma jindunax ghax telqu hafna membri mil korp. Kif qatt ma ghamel laghaqa ma dawn l membri? Fil korp tal; pulizija taf minn jibqa John Pisani minn kollox YES SIR u meta tibghatu fuq bicca xoghol jghoqodt lura halli MAJALIEX ghax meta tahdem hemm cans gbir li TALI. Dejjem hekk kien li meta tigi bicca xoghol tajba jidher l ufficjal pero jekk tigi hazina Miskin z zghir.
John Pisani nahseb li titkellem ma minn titkellem kollha kelma wahda li problema wahda hemm ghax qiedin jitilqu “John Rizzo”
Spicca dak iz-zmien fejn tghid kemm inhobb il Pulizija, ovetime mhux imhallas, xi skop jibja li tibqa meta tista isieb Job ahhar……….hallina Sur Ministru.
@Nico ma naqbilx mieghek li other ranks jaqilghu camata iktar nahseb skond min tkun u skond lil min tkun taf. Ghax hawn Malta dejjem nimxu skond il-kredenzjali u lil min tkun taf u mhux kemm tkun tahdem u tistinka.
Ejjaw ma narawx it-tibna f’ghajn haddiehor imma innehhu t-travu min ghajnejna. Ma jistax jkun li dan kollu minhabba bniedem wiehed biss. Kullhadd jara u jkabbar il-ftit nuqqas li kull bniedem ghandu u l-hafna tajjab hadd ma jarah jew jammettieh. Kull cirkustanza hija differenti f’kull kaz. Ma hemmx studju xjentifiku ghaliex hemm dan l-exsodus kollu mil-Korp. Indikazzjoni jista’ jkun hemm imma wisq nibza li hija incajpra. Meta xi hadd jaghmel intervisti lil dawn l-400 ex pulizija jkollna stampa aktar cara. Is-sezzjoni tal-Kriminologija tal-Universita tista’ taghmel ricerka taghha.