L-Assocjazzjoni tal-Pulizija tappella ghal pieni horox
L-Assocjazzjoni tal-Pulizija (MPA) qed tappella lill-Ministru Carm Mifsud Bonnici biex izomm kelmtu u jammenda l-ligi kif wieghed li se jaghmel biex jihraxu l-pieni fil-konfront ta’ dawk li jinsabu hatjin ta’ vjolenza fil-konfront tal-Pulizija. Stqarrija separata tal-Ministru Carm Mifsud Bonnici biex jirribatti dak li qed tghid l-MPA, kompliet turta lill-hafna Pulizija.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li din mhix l-unika weghda li l-Gvern ghamel lill-Pulizija u li baqghet ma nzammitx. Huma fakkru fil-weghda li kien ghamel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-ghola istituzzjoni tal-pajjiz, il-Parlament, fit-18 ta’ Jannar 2011. Dakinhar Gonzi kien wieghed lill-Pulizija li kienu se jissiehbu f’unjin f’dik is-sena stess. Fil-fatt Lawrence Gonzi kien qal li l-ftehim “ghandu jigi konkluz fl-ewwel tliet xhur ta’ dis-sena”. Minn dakinhar ghaddiet sena shiha u l-Pulizija ghadhom jistennew din il-weghda tigi mwettqa.
“Mhux se tkun sorpriza li ftit qabel l-elezzjoni se jkun l-istess Prim Ministru li se jhabbar li se nkunu nistghu nidhlu f’unjin. Imma issa tard wisq biex Gonzi jitwemmen” qalulna s-sorsi taghna fil-Korp tal-Pulizija.
Sadanittant il-Kumitat Ezekuttiv tal-MPA, b’dispjacir jinnota li l-incidenti vjolenti kontra membri tal-Korp tal-Pulizija qeghdin jizdiedu b’mod allarmanti.
Fi stqarrija l-Kumitat ifakkar l-istqarrijiet ghall-istampa li hareg fit-23 ta’ Mejju 2011 u fis-27 ta’ Settembru 2011, fejn fihom heggeg lill-Ministru tal-Intern biex iharrex il-pieni, haga li jidher li hemm qbil fuqha, tant li dakinhar stess, il-Ministru Carm Mifsud Bonnici wera solidarjetà u tenna l-impenn tieghu biex iharrex il-pieni ghal reati simili.
“Qeghdin ninnotaw li minn meta hrigna l-ewwel stqarrija, il-vjolenza fuq il-Pulizija zdidet u mhux naqset, però l-emendi mitlubin ghadhom ma gewx fis-sehh. L-MPA tistqasi, jekk ahniex nistennew li jmut xi membru tal-Korp waqt il-qadi ta’ dmirijietu qabel dawn il-pieni jihraxu”, tghid l-istqarrija
Il-membri tal-Korp qeghdin ikunu demotivati fuq xogholhom ghax ihossu li mhumiex protetti bizzejjed mill-Ligi. Ta’ min jinnota wkoll li membru tal-Korp m’ghandu l-ebda tip ta’ assikurazzjoni li tkoprieh.
Il-Kumitat Ezekuttiv iheggeg lill-Ministru Carm Mifsud Bonnici biex immedjatament jillegisla pieni iktar hohox li jirriflettu l-gravità ta dawn il-kazzi. Infakkru li sakemm iz-zmien ghaddej, membri tal-Korp, ta’ kuljum qeghdin jaffacjaw ruhhom ma’ kazi ta’ vjolenza kontrihom.
“Ahna ma nhossux li l-membri tal-Korp tal-Pulizija, li huma haddiema bhal kulhadd, ghandhom ta’ kuljum jissograw hajjithom u ma jigux protetti kif xieraq mill-awtoritajiet”, ittemm tghid l-istqarrija tal-MPA.
Fi stqarrija mahruga mill-Ministru Mifsud Bonnici biex jirribatti dak li qed jghidu l-Pulizija, xorta wahda ma cahadtx dak li qalet l-MPA. Minflok Dr Carm Mifsud Bonnici pprova jitfa’ dell ikrah fuq l-Oppozizzjoni Laburista.
L-istqarrija tghid fost ohrajn li “il-Ministeru kien kontinwament fuq quddiem biex jikkundanna u jiehu passi kontra kull min iwettaq agir vjolenti bhal dan li huwa totalment inaccettabbli f’socjetà moderna bhal dik Maltija. Dan johrog l-ewwel mid-diversi stqarrijiet mahrugin minn dan il-Ministeru fl-ahhar xhur ta’ appogg u kundanna, u t-tieni min-numru konsiderevoli ta’ emendi li saru fil-kamp tal-ligi kriminali li ssudaw iktar hidmet il-Pulizija fil-glieda taghha kontra l-kriminalità .
“Dan il-Gvern kien, ghadu u se jibqa spalla ma’ spalla mal-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija fil-hidma indispensabbli li ssir minnhom fil-glieda kontra l-kriminalità u fiz-zamma tal-ordni, partikolarment f’postijiet difficli u sensittivi bhal Paceville fejn il-prezenza determinanti tal-Pulizija qed thalli rizultati pozittivi.
“Kuntrarjament ghall-Oppozizzjoni, il-Gvern qatt ma cekken, ikkritika, maqdar jew rema’ dan ix-xoghol u kien dejjem kostanti fl-appogg u l-apprezzament tieghu ghall-membri tal-Korp.
“Il-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari jaqbel mal-Assocjazzjoni dwar il-htiega ta’ pieni aqwa ghal min iwettaq aggressjoni fuq membru tal-Korp tant li fit-28 ta’ Novembru fil-Gazzetta tal-Gvern ippubblika abbozz ta’ ligi gdid li kien jinkludi bosta emendi f’dan is-sens”, qalet l-istqarrija.
Izda minflok ma taffit ir-rabja tal-Pulizija, din l-istqarrija tal-Ministru responsabbli mill-Pulizija, Carm Mifsud Bonnici, kompliet turtahom. Dan ghal diversi ragunijiet fosthom li l-MPA imkien ma dahlet f’politika partigjana u rat biss l-interess tal-membri taghha. Dan bil-kontra li ghamel il-Ministru li kkritika lill-Oppozizzjoni meta ma kellux ghalfejn u kellu jghid biss x’se jaghmel hu u li se jzomm il-weghdi li s’issa huma kollha fl-arja.
L-istess sorsi sahqu li l-Ministru kkonferma li kull ma saru huwa li “ippubblika abbozz ta’ ligi” imma dan ghadu abbozz u l-Pulizija ghadhom ikunu l-vittmi ta’ vjolenza.
This entry was posted on Wednesday, March 28th, 2012 at 07:23 and is filed under Aggressjoni, Appell, Haddiem, Korp tal-Pulizija, MPA, Protesta, Pulizija, Rabja, Theddid. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ahjar ihallasna flus tal-46 hours in excess li ghandna niehdu il-Ministru tal-Immigranti Irregolari. Kif bqajna fuqhom, ser niehduhom ahna li spiccajna bil-25 sena servizz ?
L-problema mhux gejja biss min naha tal-ministru, tafux. L-problema gejja min naha tal-assocjazzjoni taghna u nighd ghaliex.
Mela jekk jkollok assocjazzjoni li il-kumitat ezekuttiv jkun ilhu snin bl-istess nies u fdawn is-snin m’ghamel xejn ghajr li jixtrilna basket, l-ministru it-tih tort. Jekk ahna l-boloh nohorgu stqarrija u tinghata prominenza kbira fl-ahbarijiet li hadna l-union u fil-verita ma hadna xejn, l ministru it-tih tort? L ministru jighdlek ara dal-boloh xjifirhu minghajr ma tajthom xejn, ghallura inhallijhom kif inhuma halli jighduli grazzi talli ma ntijhom xejn.
Kemm il-stqarrija hrigna li l-union ghadna ma hadniejiex?
Kemm il-stqarrija hrigna li l-abbozz ta’ ligi li gie prezentat l-parlament ma jaghmilx sens? u titkellem ma min titkellem jighdlek ahjar nibqaw kif qedin milli naccettaw li qed jigi proponut.
Kemm il-stqarrija hrigna li l-gvern offrilna 7 miljuni li anna niehdu blura tal hlasijiet u li filfatt ahna hdima bi 30 miljun globalment?
L-importanti li s-segretarju jmur fuq programmi tat-TV u nighdu kemm ahna sbieh u naghtu l-intervisti fil-gazzetti u nighdu kemm qed nahdmu u li fil-verita m’ghamlu xejn.
Tafu li l-fizzjali qed jahsbuha jinghaqdux ghalihom peress li mhux qed jsir xejn?
Tafu li mil-elezzjoni ta’ sena ilhu l-assocjazzjoni ghada m’ghamlet xejn?
Tafu li r rizenjaw tnejn min nies mil-ahhar elezzjoni, wiehed parti mil-kumitat ezekuttiv u l-iehor membru?
U halluna tridux
Mhux ahjar il-pulizija jitolbu l-parole, lil Ministru.