Membri tal-Korp tal-Pulizija regghu fil-mira ta’ aggressjoni
Ghal darb’ohra membri tal-Korp tal-Pulizija regghu kienu fil-mira ta’ aggressjoni waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u ghal darb’ohra wkoll f’Paceville fejn il-vjolenza f’dan il-lokal saret l-ordni tal-gurnata.
Nhar is-Sibt l-Ispettur Trevor Micallef ressaq b’arrest lil Jason Gatt ta’ 33 sena minn Santa Venera quddiem il-Magistrat Dr Marsanne Farrugia u akkuzah li nhar is-Subt stess ghall-habta tas-7.30 a.m. fi Triq Paceville f’San Giljan u aktar tard fl-Ghassa tal-Pulizija ta’ San Giljan attakka jew ghamel rezistenza bi vjolenza fil-konfront ta’ Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija. Huwa gie mixli wkoll li kkaguna ferita ta’ natura hafifa fuq l-istess Surgent u Kuntistabbli kif ukoll li ngurja, hedded jew ghamel offiza fuq il-persuni tal-istess Surgent u Kuntistabbli tal-Pulizija.
L-Ispettur Micallef akkuza lil Gatt li saq karozza meta ma kienx f’kundizzjoni li jsuq minhabba xorb jew drogi, li kien xurban, qal fil-pubbliku xi kliem oxxen jew indiçenti u kiser volontarjament il-bon-ordni. Akkuzi ohrajn huma li ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija jew fixkilhom waqt li kienu qed jaghmlu dmirijiethom,
kiser ordni tal-Qorti u li ma jaghmilx reat iehor fi zmien.
Jason Gatt wiegeb li mhux hati tal-akkuzi migjubin kontrih. Huwa nghata l-libertà provizorja bis-soltu kundizzjonijiet tal-Qorti fosthom li jiffirma l-Ghassa tal-Hamrun u depozitu ta’ €2,500.
This entry was posted on Monday, March 19th, 2012 at 09:56 and is filed under Aggressjoni, Arrestat, Ghassa tal-Pulizija, Korp tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Qorti, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Hemm bzonn naraw xi jsir gewwa Paceville, ma jistghax ikun li l-qziez u l-vjolenza tibqa tirrenja go dal-kilometru u nofs ta’rahal hekk msejjah Paceville. Hemm bzonn issir skwadra ta’ Pulizija li xoghlhom huwa li jissorveljaw din iz-zona 24/7 u jressqu l-individwu/i il-Qorti fejn din tal-ahhar ghandha tara li min kiser il-ligi jiehu li haqqu u mhux intuh tbezbiza biss…. Jien kieku nivvolontarjam inn jeddi biex nkun parti min ndin l-iskwadra, forsi suggeriment jew holma tieghi?