Tintefa d-droga fil-grawnd minn barra
L-insistenza ta’ grupp ta’ prigunieri li riedu johorgu fil-grawnd biex jilghabu l-futbol minkejja r-rih qawwi u x-xita li ghamlu s-Sibt filghodu, qajjem suspett li dawn kellhom xi skop. Fil-fatt dan wassal biex instabet id-droga ghand wiehed mill-prigunieri.
Din l-ahbar giet zvelata minn ONE NEWS is-Sibt stess fejn qalu li madwar 30 gramma, x’aktarx droga eroina, instabu fil-pussess ta’ prigunier Libjan ta’ 30 sena. Dan il-prigunier qed jiskonta sentenza prigunerija ta’ 25 sena b’rabta ma’ omicidju fil-Gzira fi Frar tal-1998.
One News qalu li d-droga nstabet ftit wara t-3.00 p.m. tas-Sibt. Huwa mifhum li grupp ta’ prigunieri kienu ilhom minn filghodu jinsistu li riedu jinzlu jilghabu l-football fil-grawnd tal-habs stess.
Ghaldaqstant, wara nofsinhar meta x-xita waqfet dawn il-prigunieri thallew jinzlu jilghabu, izda meta bdew jingabru lura biex jiddahhlu mill-gdid fic-cellel, l-ufficjali tal-habs waqqfu madwar ghaxra minnhom biex issir tfittxija fuqhom hekk kif kien hemm suspett dwarhom.
Kien hawn li fuq wiehed mill-prigunieri nstab pakkett, daqs ta’ ballun tat-tennis, bid-droga imgezwra go fih.
One News irrapporta li mill-istharrig li sar irrizulta li d-droga twaddbet ghal gol-grawnd minn persuni mhux maghrufin, min-naha ta’ barra tal-habs, x’aktarx min-naha tal-gnien li hemm fil-genb tal-habs.
Il-prigunier – li qed jiskonta s-sentenza f’Divizjoni Tnejn – inghata f’idejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi ghal aktar stharrig.
Il-gimgha l-ohra kien hemm tlett kazi ohra fejn id-droga spiccat f’idejn il-prigunieri wara li din twaddbet ukoll min-naha ta’ barra tal-habs. Huwa mifhum li b’kollox, l-ammont ta’ droga kien ta’ madwar 100 gramma, ukoll eroina.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li dan juri li hemm bzonn ta’ aktar sigurtà madwar il-bini tal-Habs ta’ Kordin. Il-mistoqsijiet li dawn is-sorsi qed jistaqsu huma jekk hemmx cameras tas-sigurtà fuq barra madwar il-Habs. Jekk hemm allura dawn jew ma jahdmux jew min huwa responsabbli li jkun qed jara x’inhu jigri ma kienx attent bizzejjed.
“Din id-darba d-droga nstabet ghall-fatt li kienet stramba li dawn il-prigunieri riedu johorgu jilghabu f’temp ikrah. Li kieku t-temp kien sabih, kienet tinstab id-droga?”, staqser is-sorsi.
This entry was posted on Sunday, March 11th, 2012 at 11:30 and is filed under Abbuz, Arrestat, Droga, Habs ta' Kordin, Omicidju, Prigunieri, Pulizija, Skwadra Kontra d-Drogi, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.