Kollox jindika li waqghet it-tarag
Marie Anne Fenech ta’ 89 sena minn Rahal Gdid nhar il-Hamis waranofsinhar instabet mejta f’ghadira demm minn bintha fir-residenza taghhom. Kollox jindika li l-anzjana waqghet it-tarag u mietet fuq il-post.
Meta l-Hamis ghall-habta tat-3.00 p.m. Maria Lourdes Fenech ta’ 60 sena dahlet lura d-dar fejn tghix ma ommha fi Triq Bormla f’Rahal Gdid sabet l-aghar xena ta’ hajjitha. Kif fethet il-bieb ta’ barra rat lil ommha mitluqa fl-art f’ghadira demm fl-indana tat-tarag.
Il-mara cemplet immedjatament ghall-ghajnuna fejn fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u ambulanza izda t-tim mediku ma seta’ jaghmel xejn ghax l-anzjana kienet digà mejta. Mill-ewwel stharrig jirrizulta li fil-kaz huwa wiehed accidentali. Sorsi li tkellmu ma’ KRONAKA f’MALTA qalu li Marie Anne Fenech fl-ahhar xhur naqsilha sew id-dawl ta’ ghajnejha tant li meta kienet tohrog kienet tkun akkumpanjat minn bintha. Ghaldaqstant mhux qed ikun eskluz li l-anzjana tifxklet u waqghet diversi tarag b’konsegwenza li habtet rasha. Il-griehi li sofriet kienu gravi tant li kkawzawla l-mewt.
B’din it-tragedja gie informat il-Magistrat Dr Giovanni Grixti li ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti fosthom lit-Tabib Forensiku Mario Scerri flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. Il-kadavru ta’ Fenech ittiehed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei bil-hearse tal-Pulizija fejn se ssir l-awtopsja.
Il-Pulizija tad-Distrett qed jinvestigaw il-kaz.
This entry was posted on Friday, March 9th, 2012 at 09:09 and is filed under Accident, Ambulanzi, Anzjani, Awtopsja, Esperti, Fatalita', Inkjesta, Kadavru, Kamra mortwarja, Mewt, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, tragedji, Waqa'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.