Haddiem barrani jinstab mejjet wara tfittxija ta’ 18-il siegha
Membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u haddiema ohrajn ghamlu sieghat twal ifittxu u jnehhu materjal b’tentattiv li jsibu l-haddiem barrani li ntradam meta t-Tlieta ghall-habta tal-10.40 a.m. iggarfet struttura li ghadha fi stadju ta’ kostruzzjoni u li taghmel parti mil-Lukanda Seabank fil-Mellieha fil-Bajja tal-Ghadira.
Wara aktar minn 18-il siegha ta’ tiftix ghall-haddiem li spicca mirdum taht ammont kbir ta’ konkos u terrapien, kmieni dalghodu ghall-habta tal-5.25 a.m. instab il-kadavru ta’ Maksims Artamonous ta’ 27 sena mil-Latvja uli kien joqghod San Pawl il-Bahar.
Kienet operazzjoni mhux biss delikata ghall-membri tas-salvatagg imma wkoll perikoluza minhabba li l-istruttura setghet kompliet tiggarraf ghal fuqhom. Il-kadavru ta’ Artamonous instab madwar zewg metri ’l boghod minn fejn indikaw il-klieb tal-Protezzjoni Civili.
Mill-pozizzjoni ta’ kif instab jindika li huwa kien sejjer fid-direzzjoni tal-hajt li ngibet u nqasam f’tentattiv li johrog qabel jiggarraf il-bini. Hdejh kien hemm gaffa li garrbet hsarat estensivi kif ukoll xi ghodda ohra.
Il-membri tas-salvatagg sabu lil Artamonous taht zewg sulari li jfisser li huwa ntradam taht zewg livelli ta’ soqfa tal-konkrit li parti kbira minuu giet direttament fuq rasu. Huwa sofra griehi gravi kwazi f’gismu kollu tant li x-xena li sabu l-membri tas-salvatagg kienet  kerha hafna bil-haddiem mghaffeg. Barra l-ammont kbir ta’ konkrit, li fih kien hemm il-hadid, fuq il-vittma kien hemm ukoll aktar minn zewg metri ta’ terrapien li kien se jintuza fl-istess progett.
Iz-zaghzugh barrani kien flimkien ma’ haddiem iehor barrani x’aktarx fis-sular ta’ fuq il-parkegg taht in-nightclub. Minn stharrig li ghamel KRONAKA f’MALTA jirrizulta li dak il-hin qrib Artamonous kien hemm haddiem iehor barrani u x’aktarx haddiema ohrajn li kienu diversi metri ’l boghod.
Kif Artamonous sema’ hoss stramb induna li kien se jcedi l-bini u filwaqt li gibed l-attenzjoni tal-kollegi tieghu u bdew hergin ’il barra, Artamonous sfortunatament ma lehqax hareg u l-istruttura waqghet ghal fuqu.
Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit elettroniku qalu li l-ewwel li cediet kienet il-parti ta’ fuq li kellha forma ta’ tinda b’saqaf tal-injam fuq struttura tal-konkos. Kif dan ceda, l-art tan-nightclub cediet b’konsegwenza li dan kompla jisfronda fuq is-saqaf ta’ taht li huwa dak tal-parkegg. It-tragedja kienet tkun ferm akbar li kieku l-accident sehh ftit inqas minn siegha wara. Dan minhabba li fl-istess post hemm kcina u madwar 50 haddiem is-soltu jmorru jiehdu l-break taghhom hemmhekk.
Hafna minn dawn il-haddiema dehru mbikkmin isegwu l-operazzjoni ta’ tiftix . Arthur Gauci, Ufficjal Kap tas-Seabank Group, u Emvin Bartolo, il-Porject Manager tas-Seabank, qalu lill-gurnalisti li l-accident sehh ghall-habta tal-10.40 a.m. meta zewg haddiema barranin kienu qieghdin inehhu gakkijiet li tpoggew bhala sapport ghal wiehed mis-soqfa fejn qed jinbena night club.
Kif nehhew wiehed mill-gakkijiet il-bini beda jcedi. Wiehed minnhom irnexxielu johrog imma l-iehor, mil-Latvja baqa’ ma deherx. Ix-xena kienet qisha wahda ta’ xi terremot bl-istruttura mwaqqa’, konkos, hadid, injam, terrappien u materjal iehor. Evidenti wkoll il-hsara f’appogg ta’ parti ohra li ngibet meta waqghet l-istruttura b’konsenturi kwazi minn fuq s’isfel.
“Jien kont fil-kamra meta smajt hoss qawwi u rajt kollox jiggarraf” qalli membri tas-sigurtà . Haddiem iehor qal li kien se jqabbad sigarett meta sema’ l-hoss u kif gholla rasu ra kollox niezel u lanqas felah jiccaqlaq. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mill-istazzjon tax-Xemxija waslu fuq il-post fi ftit minuti u warajhom waslu zewg ambulanzi bl-infermieri u t-tobba Jonathan Joslin u Michael Spiteri mill-ERT flimkien mal-Pulizija tad-Distrett u tal-Mobile.
Peress li l-post li ggarraf huwa wiehed vast, madwar 500 metru kwadru, it-tfittxija inizjali kienet wahda difficli peress li hadd ma kien jaf ezatt x’hemm u x’jista’ jkompli jcedi li ghamel il-post perikoluz hafna ghall-membri tas-salvatagg.
Ghaldaqstant sar pjan ta’ kif kienu se jidhlu fil-post fejn intalbet l-assistenza tal-periti u project managers u haddiema ta’ diversi kuntratturi li qed jahdmu fuq dan il-progett estensiv tal-estensjoni tal-Lukanda Seabank li suppost ghandha tiftah f’Mejju li gej. Izda dan l-accident jista’ jitfa’ l-pjan tas-sidien tal-lukanda lura. Minkejja l-periklu li kien ghad hemm taht it-tifrik, xorta wahda l-membri tal-Protezzjoni Civili u l-Pulizija rriskjaw u dahlu jfittxu izda Artamonous ma kienx jidher u lanqas kien hemm xi hoss li seta’ jindika fejn kien. 
Ghaldaqstant dahal fl-azzjoni kelb tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fejn indika post fejn seta’ kien il-haddiem izda xorta ma kienx jidher. L-ewwel indikazzjoni kienu li Maksims Artamonous kien mirdum taht aktar minn hames metri ta’ konkos, hadid u terrappien. Minn hawn bdiet operazzjoni biex jibda jitnehha l-materjal permezz ta’ krejn. F’hin minnhom meta beda jittella’ parti mis-saqaf tal-injam, din regghet waqghet. Bicca bicca bdew jitnehhew anke bicciet tal-konkos.
Fl-istess hin li kienet ghaddejja din l-operazzjoni rapprezentanti ta’ kull kuntrattur flimkien mal-membri tas-sigurtà tal-lukanda bdew jaghmlu rassenja tal-haddiema kollha li kienu fuq il-plant tax-xoghol li b’kollox kien hemm madwar 700 haddiem. Dawn ingabru kemm fuq in-naha ta’ wara fejn qed tinbena l-pixxina kif ukoll fuq in-naha ta’ quddiem fejn hemm il-bajja. Numru ta’ haddiema, fosthom barranin minn pajjizi differenti, dehru imbikmin. Ohrajn sempliciment iharsu lejn l-istruttura mwaqqa’ u qishom ma setghux jirrealizzaw li fil-fatt sehh l-accident.
Wara li tnehha aktar materjal iddahhal kelb differenti u mhux l-istess wiehed li ddahhal qabel biex ikun accertat li l-kelb mhux ixomm l-istess haga. It-tieni kelb ta l-istess indikazzjoni fl-istess post fejn xamm l-ewwel wiehed u meta staqsew lil xi haddiema ohrajn ikkonfermaw li Artamonous kien f’dawk l-inhawi qabel ma ggaraf kollox.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, Patrick Murgo, qal lil KRONAKA f’MALTA li ftit tal-hin wara li sar maghruf li l-accident kien daqshekk gravi, intalbet l-assistenza tal-volontieri li hafna minnhom hadu tahrig specjalizzat fuq accidenti simili ghal tiftix ta’ persuni mirdumin. Aktar tard Patrick Murgo mar ukoll personalment fuq il-post fejn kompla jikkordina l-operazzjoni.
Patrick Murgo, qal lil KRONAKA f’MALTA li f’din l-operazzjoni kienu impenjati kwazi l-membri kollha tad-dipartiment flimkien mal-volontieri tal-Protezzjoni Civili, membri tal-EFRU u tas-Salib l-Ahmar li baqghu ghaddejjin tul il-lejl kollu. Ghaldaqstant bhala prekawzjoni ghal xi accidenti li setghu isehhu, is-St John’s Rescue Corps tpoggew fuq stand-by.
Kif instab il-kadavru ta’ Artamonous regghet giet informata l-Magistrat Padovani li marret fuq il-post tat-tragedja. Fost l-esperti li hatret hemm il-Perit Richard Aquilina u t-Tabib Forensiku Mario Scerri.
Il-Pulizija, immexxijin mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Jessica Grima tad-Distrett flimkien mal-Ispettur Antoine Cilia mill-Iskwadra tal-Mobile bdew jistharrgu l-kaz. L-Ufficjali mill-AwtoritĂ tas-Sahha u s-SigurtĂ Fuq il-Post tax-Xoghol u l-Pulizija tal-Fotografija kienu wkoll fuq il-post tal-accident.
Dan huwa t-tielet accident fatali fuq il-post tax-xoghol din is-sena. Fi Frar sehhew zewg accidenti fatali fuq siti ta’ kostruzzjoni. Fit-2 ta’ Frar tilef hajtu Zaren Baldacchino ta’ 59 sena mis-Siggiewi meta ganc ta’ krejn waqa’ minn gholi ta’ madwar tmien sulari u gie fuqu. L-accident sehh fi Triq Sir Arturo Mercieca f’Tas-Sliema. It-tieni fatalitĂ fuq il-post tax-xoghol din is-sena sehhet fit-23 ta’ Frar meta Louis Cutajar ta’ 44 sena minn Birzebbugia kien fil-hames sular ta’ Skyparks li jaghmel parti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-Gudja u waqa’ ghal isfel.
This entry was posted on Tuesday, March 6th, 2012 at 23:13 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, ERT, Esperti, Fatalita', Haddiem, Infermieri, Inkjesta, Kadavru, Korriment, Mewt, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Sahha u Sigurta', Sptar Mater Dei, Tobba, tragedji, Waqa'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Xoghol ta` l-ghaggla dak li johloq. Povru min jispicca vittma bhal dan il-haddiem.