Mara tintlaqat minn barrier tal-hadid
Mara li kienet ghaddejja minn fuq il-bankina qrib il-Fosos tal-Floriana, intlaqtet minn barrier tal-hadid wara li karozza habtet mall-barrier u l-karozza spiccat fuq in-naha l-ohra tat-triq. Koppja anjzana u l-mara sofrew griehi hfief.
Dan l-accident xi ftit stramb sehh it-Tnejn ghall-habta tas-1.40 p.m. meta ragel ta’ 78 sena, Malti residenti l-Kanada, li mieghu kellu lill-martu ta’ 73 sena, kien hiereg mill-MCP Car Park biex imur lejn il-monument tal-Gwerra fil-Floriana. Izda meta wasal biex idur lejn il-pompa tal-petrol, jidher li minflok ma’ ghafas il-pedala tal-brejk, accidentalment ghafas il-pedala tal-gass bi zball b’konsegwenza li l-karozza Hyundai baqghet sejra dritt, laqtet barrier tal-hadid u l-karozza baqghet sejra ghal fuq is-centre strip u spiccat fuq in-naha l-ohra tat-triq. Dak il-hin kienet ghaddejja mara ta’ 39 sena minn Had-Dingli li ntlaqtet mill-barrier.
Fuq il-post marru tliet ambulanzi bl-infermieri peress li min sejjah ghall-ajjut qal li kien hemm diversi persuni feruti. Il-koppja anzjana u l-mara l-ohra ttiehdu l-Isptar Mater Dei fejn b’xorti tajba nstabu li kienu sofrew griehi hfief.
Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport tal-accident.
This entry was posted on Tuesday, February 28th, 2012 at 09:21 and is filed under Accident, Ambulanzi, Anzjani, Emergenza, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.