Anzjan f’qaghda kritika wara li kien salvat mill-mewt
Zewg impjegati ta’ “Gormina Bakery” irriskjaw hajjithom biex jippruvaw johorgu anzjan mill-appartament tieghu li kien mahkum min-nirien kbar u kien intervent f’waqtu tal-membri tal-Protezzjoni Civili li hargu lill-anzjan qabel ma ntilef minn sensih u kien imut mahruq. Sfortunatament ir-ragel jinsab fil-periklu tal-mewt kawza tal-hruq li sofra u minhabba li bela’ hafna duhhan.
Nhar il-Gimgha ghall-habta tal-11.50 p.m. impjegati ta’ “Gormina Bakery”, li jinsab fi Triq il-Mosta f’San Pawl il-Bahar, semghu hsejjes kbar ta’ hgieg jinkiser u ghajjat li kien gej minn appartament li jinsab fuq il-forn fejn jahdmu.
Mario u Frans, iz-zewg impjegati, hargu barra u raw nirien u duhhan hiereg mill-gallarija ta’ Carmelo Fenech ta’ 72 sena. Huma qabdu lieva u erba’ fire-extinquishers u wara li sgassaw il-bieb ta’ barru telghu fuq u sgassaw ukoll il-bieb tal-appartament ta’ Fenech. Minkejja li ppruvaw jidhlu ghall-anzjan, id-duhhan qawwi u s-shana kbira tan-nirien ghamilha impossibli li jkomplu dehlin. Frans u Mario qalu lil KRONAKA f’MALTA li huma ghamlu li setghu imma la setghu jaraw fejn kien Carmelo u lanqas setghu ikomplu dehlin fl-appartament.
Jidher li l-anzjan halla heater tal-elettriku mixghul b’konsegwenza li l-plakka sahnet hafna u hadet in-nar li fi ftit sekondi n-nirien tferxu ghal fuq sufan u ghamara ohra.
Ftit minuti wara wasal fuq il-post George Mifsud, sid l-istabbiliment “Gormina Bakery”, li cempel ghall-assistenza fuq in-numru 112. Meta waslu l-membri tal-Protezzjoni Civili mill-istazzjon tax-Xemxija telghu fl-appartament filwaqt li ohrajn telghu bis-sellum minn barra u bdew jikkontrollaw in-nirien mill-gallarija. L-appartament kien ghadu mahkum min-nirien l-aktar il-kamra tas-salott u l-kcina u minkejja li bdew jisimghu lil Fenech dan ma kien jidher imkien. Ghaldaqstant wiehed minnhom, Lawrence Bianco, beda jghajjat lill-anzjan u qallu biex johrog idejh ’il barra. Kien hawn li id Bianco u id Fenech missew lill-xulxin u l-anzjan inhareg barra fejn kien hemm ambulanza b’infermiera tistenna. Sfortunatament Fenech kien lehaq sofra hruq f’diversi partijiet ta’ gismu u kien lehaq ukoll bela’ hafna duhhan. X’aktarx li l-anzjan kien digà fis-sodda meta bdew in-nirien u meta mar jara x’kien qed jigri spicca ma setax isib il-bieb ta’ barra minhabba d-duhhan. Ghalhekk resaq kif seta’ lejn il-gallarija li taghti ghat-triq principali.
Fuq il-post marru wkoll il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Alfred Abela flimkiena mal-Kuntisabbli Nathan Cini, Josimar Muscat u Joseph Lewis Xerri kif ukoll il-Pulziija tal-Mobile immexxijin mis-Surgent Geoffrey McCarthy.
Carmelo Fenech ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn l-ambulanza kienet skortata mill-Pulizija tal-Mobile. Wara li kompla jinghata l-ghajnuna medika, l-anzjan tpogga fit-Taqsima tal-Kura Intensiva minhabba li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu. Il-Magistrat Dr Anthony Vella gie informat li ordna inkjesta u hatar lill-Professur Alfred Vella, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.
L-isharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Edmond Cuschieri tad-Distrett.
AGGORNAMENT – Is-Sibt, 10 ta’ Marzu 2012
Wara gimghatjen jissielet ghal hajtu, Carmelo Fenech miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Dan thabbar fi stqarrija li harget mill-Puliizja.
This entry was posted on Sunday, February 26th, 2012 at 08:39 and is filed under Accident, Ambulanzi, Anzjani, Emergenza, Esperti, Haddiem, Hruq, Infermieri, Nirien, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.