Arrestati sitt irgiel wara sensiela ta’ serq
Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Saviour Baldacchino bil-koperazzjoni ta’ diversi sidien ta’ hwienet, waslu biex gew arrestati sitt zghazagh ta’ bejn l-20 u s-26 sena kollha Rumeni.
Wara li fis-16 ta’ Frar sehhet serqa ta’ eluf ta’ Ewro mill-istabbiliment ‘Urban Jungle’ wara li hallelin sgassaw il-post matul il-lejl, sidien ta’ hwienet ohrajn bdew jinnuttaw li qed ikunu vittmi ta’ serq dak maghruf bhala ‘shoplifting’. Minn stharrig li komplew jaghmlu l-Pulizija bl-ghajnuna tas-sidien tal-hwienet, gie nnutat minn filmati migbudin minn cameras tas-sigurtà li kienu l-istess klikka ta’ rgiel li kkommettew is-serq.
Nhar il-Gimgha wiehed mis-sidin gharaf lil wiehed minnhom u meta l-Pulizija komplew jinvestigaw waslu biex arrestaw lil dan l-allegat halliel u hamsa ohrajn kollha Rumeni.
Minn tfittxijiet li ghamlu fl-appartamenti taghhom f’Paceville u fl-Imsida, il-Pulizija elevaw diversi oggetti, fosthom hwejjeg u zraben tad-ditta li rrizultaw li kienu misruqin minn stabbilimneti differenti. Huwa mifhum li dawn anke serqu diversi mobiles, arloggi u oggetti ohrajn.
Dan it-tip ta’ serq huwa popolari hafna fl-Italja minn persuni Rumeni. Ghall-ewwel il-problema hawn Malta bdiet mir-Rumeni f’postijiet bhal Belt u Tas-Sliema fejn hafna nies spiccaw vittmi ta’ ‘pick-pocketers’, hallelin li jisirqu minn bwiet u handbags.
Is-sitt Rumeni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti llum, il-Hadd, b’urgenza.
This entry was posted on Sunday, February 26th, 2012 at 08:37 and is filed under Arrestat, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Serq, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
hemm differenza bejn rumeni u romas john.dawn wisq probabli li huma romas fkelma ohra gypsies jighxu min hekk u issihom lewropa kollha.