Mara fil-periklu tal-mewt
Lucienne Pace Gouder ta’ 31 sena minn Tas-Sliema tinsab tissilet ghall-hajjitha fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei kawza ta’ griehi gravi hafna li sofriet f’accident tat-traffiku f’San Giljan kmieni s-Sibt filghodu.
L-accident sehh ghall-habta tas-6.25 a.m. meta Mark Flores ta’ 24 sena minn Tax-Xbiex kien qed isuq karozza Toyota Aygo fi Triq Mikiel Anton Vassalli, jew kif inhi maghrufa ahjar bhala Triq Regjonali, fid-direzzjoni tal-Imsida. Kif hareg mill-mina li hemm qrib Paceville u qabad l-ewwel l-ilwa, Flores tilef totalment il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li tela’ fuq is-centre strip u baqa’ diehel b’impatt qawwi f’sigra tal-palm u wara spicca f’nofs it-triq.
Persuni li nzertaw ghaddejjin fil-hin tal-accident cemplu ghall-assistenza fejn fuq il-post marru l-membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza b’infermiera. L-istess membri tal-Protezzjoni Civili kellhom iqacctu parti mill-karozza biex inharget il-mara minn qalb it-tifrik fejn mill-ewwel dehret li kienet f’qaghda gravi.
Wara li nghatat l-ghajnuna medika kemm fuq il-post tal-accident kif ukoll fid-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei, Lucienne Pace Gouder giet iccertfikata li tinsab fil-periklu imminenti li titlef hajjitha u giet ttrasferita fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Min-naha l-ohra Flores ma sofra ebda griehi.
Filwaqt li l-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Godwin Scerri flimkien mas-Surgent Joe Pace mill-Ghassa ta’ San Giljan, il-Magistrat Dr Anthony Vella ordna inkjesta fejn hatar lill-Perit Richard Aquilina, lill-espert tat-Traffiku Mario Buttigieg u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
X’aktarx mal-istess sigra fit-Tlieta 16 ta’ Lulju 2009 kien sehh accident fatali meta Daniel Aquilina li kellu 24 sena mill-Kalkara miet ftit wara li twassal l-Isptar Mater Dei wara li habat ma’ sigra tal-palm fl-istess triq.
L-accident fatali sehh ghall-habta ta’ 11.46 p.m. Dak il-hin Aquilina kien qed isuq il-mutur tieghu Yamaha u kif hareg mill-mina li hemm qrib Paceville u kien sejjer fid-direzzjoni tal-Imsida tilef il-kontroll tal-mutur u qabad is-central strip b’konsegwenza li z-zaghzugh imbezaq minn fuq il-mutur u habat b’impatt qawwi ma’ wahda mis-sigar tal-palm fuq is-central strip.
This entry was posted on Sunday, February 26th, 2012 at 08:39 and is filed under Accident, Ambulanzi, Infermieri, Korriment, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.