Haddiem jaqa’ gholi ta’ hames sulari
Louis Cutajar ta’ 44 sena minn Birzebbuga il-Hamis filghodu tilef hajtu tragikament meta waqa’ minn gholi ta’ hames sulari fejn kien qed jahdem flimkien ma’ huh fuq il-progett ‘SkyParks Business Centre’ li jaghmel parti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fil-Gudja.
Ghall-habta tal-11.35 a.m. Cutajar, missier ta’ tlett itfal, kien fil-fetha tal-hames sular filwaqt li huh Jason kien qed jimmanuvra l-krejn fejn bdew itellghu pjanci tal-metall li kienu fuq pallets. X’aktarx li meta Louis mar biex jigbed il-pallet ’il gewwa intlaqat b’konsegwenza li tilef il-bilanc u baqa’ niezel ghal isfel b’huh Jason ihares u ma seta’ jaghmel xejn.
Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermiera kif ukoll it-Tabib Michael Spiteri mill-ERT izda t-tim mediku ftit li xejn seta’ jaghmel biex isalva l-hajja tal-haddiem tant li gie ccertifikat mejjet fuq il-post. Persuni li kienu fuq il-post qalu li hu l-vittma deher ixxukjat b’dak li sehh quddiem ghajnejh. Fi ftit hin waslu aktar qraba tal-vittma.
L-investigazzjoni tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Jason Agius mill-Ghassa tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta filwaqt li l-Magistrat Dr Antonio Mizzi ordna inkjesta u hatar diversi esperti tal-Qorti fosthom il-Perit Robert Musumeci, Dr Richard Sladden, it-Tabib Forensiku Mario Scerri u l-Pulizija tal-Fotografija.
Marru wkoll l-ufficjali David Saliba, Charles Micallef u Sylvana Bonello mill-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol li qed jaghmlu l-istharrig taghhom dwar dan l-accident fatali.
Matul il-gurnata tal-Gimgha kienu diversi kollegi u hbieb ta’ Louis li selmulu fuq is-sit elettroniku Facebook. Hafna ddikrivewh bhala haddiem biezel u ragel tal-familja.
Dan kien it-tieni accident fatali fuq post ta’ kostruzzjoni bl-ewwel wiehed sehh fit-2 ta’ Frar f’Tas-Sliema. Dakinhar kien miet Zaren Baldacchino ta’ 59 sena mis-Siggiewi, ukoll missier ta’ tlett it-tfal.
This entry was posted on Friday, February 24th, 2012 at 08:45 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, ERT, Haddiem, Infermieri, Kadavru, Mewt, MIA, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sahha u Sigurta', Sptar Mater Dei, Tobba, tragedji, Waqa'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.