Sewwieq ta’ taxi jsofri griehi gravi
Sewwieq ta’ taxi sofra griehi gravi f’accident tat-traffiku li sehh il-Hadd filghodi fil-Gzira meta l-karozza li kien qed isuq tat-tip Peugeot spiccat fuq is-saqaf taghha.
Is-sewwieq, ragel ta’ 48 sena mill-Hamrun iddahhal l-Isptar Mater Dei isofri minn griehi gravi izda ma mhux fil-periklu tal-mewt. L-accident sehh il-Hadd ghall-habta tat-7.45 a.m. f’Xatt il-Gzira qrib id-dahla li taghti ghal Manoel Island.
Dak il-hin is-sewwieq tat-taxi kien qed isuq fid-direzzjoni ta’ Tas-Sliema ragel ta’ 60 sena mill-Imsida, li kien qed isuq Landrover, ghamel U-turn biex iddur lura lejn Tas-Sliema. Biex is-sewwieq tat-taxi jevita mill-jahbat fil-Landrover laqat is-centre strip bil-konsegwenza li t-taxi spiccat fuq is-saqaf taghha fejn kompliet titkaxkar u spiccat tolqot Seat Ibiza li kienet ipparkjata fil-genb tat-triq.
Minhabba li s-sewwieq tat-taxi nqabad fil-karozza issejhu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili biex seta’ jinhareg minnha. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura mehtiega.
This entry was posted on Monday, February 20th, 2012 at 11:45 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, Infermieri, Korriment, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Is-soltu sewqan ta` hero li ghax inkunu go jeep jew SUV naghmlu t-triq taghna.