Pilota ma gralu xejn hlief ghal tixriba
L-esperjenza fl-avjazzjoni li ghandu Charles Sammut taâ madwar 53 sena mill-Mosta, swiet biex hareg qawwi u shih mill-ajruplan tieghu li spicca fil-bahar madwar hames mili âl barra mill-irdumijiet taâ Had Dingli qrib Filfla. Ghalkemm Sammut jidher li fizikament ma gralu xejn, deher biss imxarrab ghasra u kellu xokk fuqu. Jidher li x-xahar taâ Novembru mhux xahar fortunat ghal dan il-pilota peress li tliet snin ilu Sammut kellu accident iehor fâdan l-ajruplan.
L-accident talbierah (il-Gimgha) sehh ghall-habta tal-11.07 a.m. meta Sammut kien qieghed itir fuq il-bahar bl-ajruplan tieghu Socato Trinidad bin-numru tar-registrazzjoni N123XX irreggistrat fl-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa kien qed itir wahdu madwar Malta. Fâdaqqa wahda l-ajruplan bi skrun wiehed zviluppatlu hsara teknika u ghaldaqstant Sammut nizzel l-ajruplan fil-bahar bâmanuvra taâ pilota bâesperjenza. Kif l-ajruplan miss mal-bahar Charles Sammut fetah il-bieba, hareg id-dinghy u qabez fil-bahar u wara telaâ fid-dinghy.
Kien pilota taâ ajruplan iehor zghir li rrapporta lit-Torri tal-Kontroll li kien ghadu kif nizel ajruplan fil-bahar. Il-pilota pprovda wkoll il-kordinazzjonijiet fejn sehh l-accident u fi ftit minuti kien digĂ ttajjar helikopter Alouette mill-Bazi tal-Ajru tal-FAM minn Hal Kirkop kif ukoll salpat il-lanca tas-Salvatagg Melita 1 mill-Bazi Marittimu tal-FAM minn Xatt it-Tiben. Fi ftit minuti l-ajruplan ghereq.
Sammut instab fuq id-dinghy u wara li ttellaâ fuq il-helikopter ittiehed l-Isptar Mater Dei. Kif twassal l-isptar Sammut accerta lit-tim mediku li ma kellux bzonn l-ghajnuna medika tant li huwa ffirma u cempel li xi hadd tal-familja biex imorru ghalih.
Sorsi li tkellmu maâ KRONAKA fâMALTA u mal-gurnal l-orizzont qalulna li probabbli se tkun xi haga impossibli biex l-ajruplan jittellaâ mill-qiegh peress li fejn nizel hemm bahar fond hafna. Izda l-ekwipagg tal-Melita 1 xorta ghamlu xi hin fuq il-post jigbru d-debris li hareg mill-ajruplan.
Dan kien it-tieni accident li kellu Sammut bl-istess ajruplan. L-ewwel kaz sehh nhar it-Tnejn, 17 taâ Novembru 2008 meta Sammut kien ghadu kif illandja fl-Ajruport Internazzjonali taâ Malta u minhabba li nqabad minn dak maghruf bhala âcross windâ, l-ajruplan spicca fuq il-haxix (ritratt). Ghalkemm dakinhar kien hemm min haseb li dan kien âcrash landingâ, irrizulta li ma kienx il-kaz. Kull ma kien gara kien li kif miss mar-runway ftit wara spicca fuq il-haxix li hemm mal-genb tar-runway.
Izda l-awtoritajiet kienu hadu l-prekawzjonijiet kollha fosthom li minnufih inghalaq l-ajruport. L-intervent tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar kien immedjat ghalkemm fl-ebda hin ma kellhom jintervjenu. Wara li kien accertat li ma kien hemm xejn serju, il-pilota tal-istess ajruplan saq l-ajruplan lejn il-âhangerâ wahdu. Kawza tal-gheluq tal-ajruport, kienet affetwata titjira wahda biss li dahlet madwar 40 minuta tard. Zewg titjiriet ohrajn, it-tnejn tal-Air Malta, kienu nizlu fâârunwayâ ohra.
Sadanittant Transport Malta qalet fi stqarrija li dan l-accident qed ikun investigat mill-âBureau of Aircraft Accident Investigationâ, kumitat li twaqqaf mill-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni responsabbli minn dawn l-investigazzjonijiet. Barra minn hekk hemm ukoll inkjesta Magisterjali mmexxija mill-Magistrat Dr Neville Camilleri.
This entry was posted on Saturday, November 26th, 2011 at 09:24 and is filed under Accident, Emergenza, FAM, Gharqa, Inkjesta, Inzul, MIA, Runway, Salvatagg, Sptar Mater Dei, Tfittxija, Waqa'. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.