Anzjan jintlaqat minn karozza
Joseph Zammit ta’ 67 sena minn Bormla sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt meta nhar it-Tlieta ntlaqat b’karozza hekk kif hareg minn wara arbuxelli.
L-accident sehh ghall-habta tas-6.45 p.m. fi Triq Dicembru 13 fil-Marsa. Diversi persuni li raw l-accident isehh qalu lil KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont li raw lil Zammit li kien se jibda’ jaqsam minn fuq is-centre strip li hemm qabel ir-rampa li taghti ghall-bypass tal-Marsa minn bejn l-arbuxelli. Huma qalulna li l-anzjan kien digà se jibda jaqsam quddiem trakk u kienet reazzjoni immedjata tas-sewwieq li l-anzjan ma ntlaqatx. Izda minflok ma Zammit resaq lura kompla hiereg fejn dak il-hin kienet gejja karozza Skoda misjuqa minn Sammy Costa ta’ 49 sena minn Santa Venera. Kif Costa sab lil Zammit quddiemu huwa pprova jigbed lejn ix-xellug biex jevitah izda sfortunatament laqtu. Il-fatt li Costa kien qed isuq bil-mod anke minhabba t-traffiku li kien hemm, l-anzjan aktar ha tisbita mal-art milli mal-karozza tant li l-Iskoda garbet dentjatura zghira fuq quddiem.
Dak il-hin kienu ghaddejjin il-Pulizija tal-SAG li waqfu jassistu u ftit wara waslu l-Pulizija tat-Traffiku. Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet lil Zammit l-Isptar Mater Dei. Kien ftit qabel l-10.00 p.m. li l-Pulizija gew informati li l-anzjan ma kienx fil-periklu tal-mewt u li l-karozza ta’ Costa setghet titnehha min-nofs it-triq.
Rapport ta’ dan l-accident thejja mill-Pulizija tad-Distrett.
This entry was posted on Thursday, September 15th, 2011 at 09:14 and is filed under Accident, Ambulanzi, Anzjani, Emergenza, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tat-Traffiku, SAG, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.