Spezzjoni ghal xi splussiv fl-Ambaxxata ta’ MaltaÂ
Illum, l-Erbgha, ghall-habta tad-9.30 a.m. il-Patrol Boat P61 mistennija tasal fil-Port ta’ Tripli fil-Libja b’abbord numru ta’ suldati Maltin li se jkunu qieghdin jispezzjonaw l-Ambaxxata Maltija fi Tripli ghal xi splussiv qabel ma din terga’ tinfetah mill-gdid.
Din l-operazzjoni bdiet it-Tlieta ghall-habta tal-4.40 p.m. meta l-ekwipagg tal-P61 bdew ihejju biex jilqghu membri ohrajn tal-FAM biex madwar siegha wara jibdew il-vjagg lejn il-Libja. Fil-fatt ezatt fil-4.45 p.m. il-P61 taht it-tmexxija tal-Kaptan James L. Grech inqaghlet minn mal-moll tal-Bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben. Abbord il-P61, barra l-ekwipagg taghha, kien hemm madwar sitt membri mill-Explosive Ordinance Desposal immexxijin mill-Maggur Jeffrey Curmi assistit mil-Logotenent Matthew Sant kif ukoll madwar sitta ohrajn mis-‘C’ Company Special Duties. Il-missjoni taghhom hija li jiflu kull centimetru tal-Ambaxxata Maltija fi Tripli kemm ghal xi splussiv li seta’ ma splodix jew xi bombi li setghu tpoggew kif ukoll oggetti suspettuzi fiz-zmien li fi Tripli kienet ghaddejja gwerra qalila bejn ir-ribelli u l-forzi leali lejn Muammar Gaddafi.
Mhux maghruf meta l-P61 se tirritorna Malta bis-suldati minhabba li mhux maghruf lanqas x’se jsibu.
Din l-operazzjoni x’aktarx li se tkun l-ahhar operazzjoni ghal zewg fizzjali tal-FAM – il-Maggur Curmi u l-Kaptan Grech li b’effett minn nhar it-Tnejn, 19 ta’ Settembru se jkunu trasferiti lejn il-Kwartieri Generali tal-FAM f’Hal Luqa b’responsabilitajiet godda.
This entry was posted on Wednesday, September 14th, 2011 at 09:17 and is filed under Ambaxxata Maltija, Bomba, EOD, FAM, Patrol Boat, Periklu, Splussiv. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Minn qalbi nawguralhom il missjoni it tajba.taht il maggur curmi qieghdin fidejn sodi
grazzi tax-xoghol siewi li qed taghmlu u tkabbru l-isem l-iskwadra marittima .grazzi lil crew kollu specjalment lil CAPT.JAMES GRECH