Qattusa tilhaq tmut ghax damu biex marru
“Li kieku gew mill-ewwel kieku qattusa kienet tkun salvata u mhux thalliet tmut f’xemx tizreg mal-genb tat-triq”. Dan qalulna Joe Camenzuli li wera d-dizappunt tieghu ghal mod kif id-Dipartiment ghall-Harsien tal-Animali dam sieghat biex jagixxi mindu cempel hu stess biex jibghatu li xi hadd biex jghin qattusa li kienet ghadha kif ittajret minn karozza.
Camenzuli qal lil KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont li nhar l-Erbgha fis-7.15 a.m. personalment cempel lid-Dipartiment ghall-Harsien tal-Annimali li fit-triq ta’ Hal Far, li hemm mal-genb tar-runway tal-MIA, kien hemm qattusa li kienet ghadha kif ittajjret imma kienet ghadha hajja. Min irrisponda qalulu li kienu se jghaddu l-messagg tieghu biex jibghatu ambulanza tal-annimali malajr kemm jista’ jkun.
Joe Camenzuli baqa’ fuq il-post jistenna sad-8.45 a.m. izda hadd ma tfacca. Minhabba impenji li kellu Camenzuli kellu jitlaq u ma setax jiehu l-qattusa hu stess kemm minhabba l-impenji li kellu kif ukoll li l-impjegati tal-Animal Welfare huma nies professjonali u mhargin kif jaghtu l-ghajnuna taghhom u ghalhekk serrah rasu li kienu se jiehdu hsieb huma.
Camenzuli qalilna li meta ghall-habta tas-6.00 p.m. rega’ ghadda mill-istess post innota li l-qattusa kienet ghadha hemm imma din kienet mejta. Ghaldaqstant rega’ ghamel kuntatt mad-dipartiment u meta lmenta maghhom qalulu li meta l-ambulanza marret ghall-habta tan-12.30 p.m., aktar minn hames sieghat wara, sabu l-qattusa mejta. Ghaldaqstant huwa talab biex ikellem li kap tad-dipartiment izda qalulu li dak il-hin ma kinitx hemm u li kienet se ccempillu kif tidhol lura.
“Din l-anqas kellha d-dicenza li ccempilli biex tispjegali x’kien gara. Mhux hekk biss imma dawn li suppost jiehdu hsieb l-annimali, u bir-ragun kollu u sewwa ghamlu meta qajmu plejtu dwar il-kaz tal-kelba Star, hallew qattusa tmut f’xemx tizreg. Din hija mohqrija ta’ annimal minn dipartiment tal-Gvern li huwa fl-obligu tieghu li jara li kaz bhal dan ma jsehhx”, qalilna b’rabja gustifikata Camenzuli.
Dan il-gurnal tkellem ma’ sorsi qrib id-Dipartiment ghall-Harsien tal-Annimali fejn ikkonfermawlna li persuna kienet verament cemplet kmieni filghodu dwar qattusa li ttajret f’Hal Far. Izda l-ghajnuna ntbghatet fid-9.00 a.m., u allura kwazi saghtejn wara izda ma setghux isibu l-qattusa. Kien ghall-habta tan-12.30 p.m. li sabu l-qattusa imma kien tard wisq ghax din kienet mejta.
Meta staqsejna lis-sorsi ghaliex hallew il-qattusa mejta fuq il-haxix, is-sorsi qalulna li meta qattus imut dan jibda jarmi partikolaritajiet tossici li huma perikoluzi ghall-annimali l-ohrajn li ghandhom fil-kwartieri taghhom fl-Ghammieri. Izda kull darba li jkun hemm annimal mejjet barra huma jinformaw lid-Dipartiment tal-Indafa Pubblika biex jigbru l-annimal. L-istess sorsi qalulna li dawn mhux dejjem imorru dak il-hin stess jew dakinhar izda meta jkunu se jghaddu mill-inhawi waqt il-hidma taghhom.
This entry was posted on Saturday, August 6th, 2011 at 07:47 and is filed under Abbandun, Animal Welfare, Mewt, MIA, Mohqrija, Mohqrija ta' annimali, Rabja, Runway. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.