Studenti jibilghu gass tal-lighter mhux kannabis
Wara r-rapport li deher fil-harga ta’ l-orizzont ta’ nhar it-Tnejn li ghadda fejn staqsejna jekk il-Pulizija kienux qieghdin jinvestigaw traffikar tad-droga kannabis fil-Kullegg De La Salle fil-Birgu, mhux f’Bormla kif deher bi zvista, jirrizulta li fil-fatt ma kinitx bid-droga kannabis li sar abbuz imma bil-gass tal-lighter.
Il-Hamis KRONAKA f’MALTA u l-gurnal l-orizzont tkellem ma’ persuna qrib l-amministrazzjoni tal-kullegg dwar dan l-allegat abbuz. Huwa qalilna li kollox beda madwar sitt xhur ilu meta wiehed mill-istudenti innota student iehor li meta kienu sejrin id-dar bit-trasport, student hareg bott tal-gass tal-lighter u beda jisprejja direttament f’halqu. Kif l-amministrazzjoni tad-De La Salle giet informata baghtu ghall-istudent fejn irrizulta li kienu zewg studenti ta’ 14-il sena li kienu qieghdin jabbuzaw u meta staqsewhom ghalfejn jaghmlu dan ir-risposta kienet li bil-gass ihosshom “high”.
Is-sors qalilna li bhala procedura, u kif titlob ir-responsabilità tal-kullegg, minnufih l-amministrazzjoni informaw lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, lill-Kurja u lill-Pulizija kif ukoll il-genituri tal-istudenti peress li dawn ghadhom minorenni. B’hekk tali abbuz jieqaf u jittiehdu l-passi necessarji.
Nifhmu li dan il-kaz ittiehed bl-akbar serjetà tant li barra li mar jinvestiga l-Ispettur Dennis Theuma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mar ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. L-istess sors qalilna wkoll li bil-kaz gew informati l-Agenziji Appogg u Sedqa.
Minn dakinhar il-Pulizija baqghet ghaddejja bl-istharrig fejn nifhmu li wiehed mill-istudenti ma baqax jattendi dan il-kullegg. Bhala parti mill-investigazzjonijiet, il-Pulizija anke ghamlu xi tfittxijiet fir-residenzi taz-zewg studenti. Is-sors qalilna li z-zewg zghazagh gew f’sensihom anke minhabba li wara li nqabdu, huma ghamlu xi recerka fuq l-internet fejn sabu li l-hsara enormi li ghamel il-gass fic-celloli tal-mohh huma serji hafna.
This entry was posted on Friday, July 29th, 2011 at 07:47 and is filed under Abbuz, Droga, Gass, Kummissarju tal-Pulizija, Pulizija, Studenti. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.