Il-Pulizija grew wara l-halliel u arrestawh
Il-Pulizjia tal-Mobile intervjenew fi ftit minuti meta kienu informati li kienet qieghda ssehh serqa minn stabbiliment fl-Imriehel u minkejja li l-halliel harab minn fuq il-post, il-Pulizija grew warajh u arrestawh.
Dan ir-reat sehh il-Hamis ghall-habta tal-4.40 a.m. meta l-halliel, fejn mhux qed ikun eskluz li seta’ kellu komplici mieghu, uza kantun biex kisser il-hgiega kbira tal-hanut “Outta Kontrol” li jinsab li Triq Notabile. Huwa dahal fil-hanut minn spazju ristrett bejn il-hgieg imkisser. Kif dehru l-affarijiet il-halliel gara l-kantun iktar minn darba tant li anke sofra xi griehi peress li mal-kantun kien hemm ticpis tad-demm.
Meta dahal fil-hanut huwa zgassa l-cash register minn fejn seraq €165. Jihder li l-halliel ma kienx kuntent tant li mar fil-kamra ta’ wara u kompla jqalleb imma ma sabx flus. Kif kien ghadu gewwa waslu l-Pulizija tal-Mobile li kif induna bil-prezenza taghhom huwa rnexxielu jerga’ johrog minn bejn il-hgieg imkisser fejn kompla jsofri aktar grief. Minn hemm huwa harab ghal qalb il-fabbriki bil-Pulizija jigru warajh fejn dahal f’ghalqa biex jipprova jistahba qalb il-haxix. Izda l-Pulizija tal-Mobile, assistiti mill-Pulizija tad-Distrett, iccirkondaw l-inhawi u l-halliel kellu jcedi.
Meta gie arrestat irrizulta li huwa Anthony Vassallo ta’ 32 sena minn Haz-Zabbar. Fuq il-post mar l-Ispettur Anthony Agius responsabbli mill-Iskwadra tal-Mobile li flimkien mal-Ispettur Jeffrey Cilia mid-DIK qed ikomplu jinvestgiaw il-kaz.
Vassallo ttiehed il-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn minn tfittxija li saret fuqu nstabu l-flus kollha li seraq u anke cwievet ta’ karozza. Ghaldaqstant il-Pulizija komplew ifittxu fl-inhawi biex jaraw jekk isibux karozza li seta’ kien biha Vassallo jew jekk kellu komplici mieghu.
Raymond Dingli, impjegat u l-persuna li tiehu hsieb l-istabbiliment, qal lil KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont li huwa jiftah il-post ghal xi 9.00 a.m. izda bhal ma jaghmel is-soltu dejjem imur kmieni. Meta l-Hamis wasal ghall-habta tas-6.00 a.m. sab lill-Pulizija li informawh li kienet sehhet serqa. Huwa kkonfermalna li fil-cash register kien hemm madwar €160 jew ftit aktar.
This entry was posted on Friday, June 24th, 2011 at 07:53 and is filed under Arrestat, Girja, Harba, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Tfittxija. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.