Girja minn Birkirkara sa Hal Qormi
 Nhar it-Tnejn ghall-habta tas-7.00 a.m. il-Pulizija giet infurmata li kien sehh accident tat-traffiku fi Triq Notabile, f’Birkirkara bejn karozza u serkin migbud minn ziemel.
Meta l-Pulizija marret fuq il-post sabet li waqt li vettura Hyundai Accent, misjuqa minn ragel ta’ 32 sena mir-Rabat, u ziemel b’serkin li fuqu kien hemm minn ragel ta’ 56 sena minn Hal Qormi, kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni lejn il-Hamrun dawn kellhom impatt bejniethom. Mad-daqqa z-ziemel harab bis-serkin fejn ftit wara nhall mis-serkin u baqa’ sejjer lejn Hal Qormi. Iz-ziemel inzamm wara li habat ma’ vettura tat-tip Peugeot Partner.Â
Iz-ziemel gie mizmum u ttiehed fit-Taqsima tal-Kavallerija tal-Pulizija fil-Marsa.
F’dan l-accident sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt ir-ragel minn Hal Qormi fejn ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura mehtiega.
This entry was posted on Tuesday, June 21st, 2011 at 08:51 and is filed under Accident, Girja, Harba, Infermieri, Korriment, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.