Ma jithalliex ikompli jkellimna u qatghulu l-linja
Il-prigunier, li tkellem ma’ l-orizzont u KRONAKA f’MALTA u li allega li jaf min qatel lil Raymond Caruana fl-1986 u lest li jghid kollox fil-prezenza tal-Ministru Carm Mifsud Bonnici, l-Erbgha filghodu qatghulu l-linja tat-telefon meta rega’ ghamel kuntatt maghna u l-awtoritajiet tal-Habs ma hallewx jaghmel aktar kuntatti maghna.
L-Erbgha l-istess prigunier cemplina imma inqas minn minuta wara li beda jkellimna l-linja nqatghet u ma regax cempel. Izda ftit tal-hin wara cemplitilna qariba tieghu fejn informatna li hargulu ordni li ma setax ikellimna aktar u seta’ biss icempel lil din il-qariba u lill-avukat tieghu biss. Sorsi qrib il-Habs ta’ Kordin qalulna li kull prigunier ghandu d-dritt li jcempel lil min irid ghax dak kollu li jinghad jigi rrekordjat ghalkemm id-Direttur tal-Habs jista’ jwaqqqaf dawn it-telefonati.
Meta staqsejna lill-qariba tal-prigunier jekk qalilhiex jekk kienx hemm persuna hdejh li qataghlu l-linja, hija qaltilna li min qata’ l-linja kien xi hadd li kien qieghed jissemma t-telefonata u kif induna li kien qieghed ikellem lilna ma halliehx u gie informat li ma kellux awtorizzazzjoni li jkellimna.
Sadanittant la KRONAKA f’MALTA u lanqas il-gurnal l-orizzont qatt ma kixef l-identità tal-prigunier l-aktar wara li hu stess talabna biex inzommu ismu mistur. Dan minhabba ragunijiet ta’ sigurtà kemm ghalih, imma l-aktar ghall-familja tieghu. Fil-fatt wahda mill-kundizzjonijiet li kien lest li jaghti informazzjoni dwar il-qtil ta’ Raymond Caruana li sehh fil-5 ta’ Dicembru 1986, kienet li l-familja tieghu tinghata protezzjoni. Ghalkemm ahna m’ahniex se nikkonfermaw l-isem, ilbierah is-sit elettroniku maltatoday.com qalu li l-prigunier li tkellem maghna huwa Kenneth Gafà li jinsab il-Habs taht arrest preventiv mixli bil-qtil ta’ Christina Sammut f’Dicembru li ghadda fiz-Zebbiegh. Ikkuntattjat minn l-orizzont, il-gurnalist li kiteb l-istorja ikkonfermalna li nghata l-isem ta’ Gafà mill-Pulizija li interrogawh fid-Depot tal-Pulizija. Fir-rapport tal-maltatoday.com intqal li Gafà kien interrogat ghal aktar minn hames sieghat mill-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u tim ta’ investigaturi. Il-gurnalist ikkwota ufficjal gholi tal-Pulizija li qallu “minkejja dak li qieghed jghid Gafà li jaf min qatel lil Raymond Caruana, mill-interrogazzjonijiet jidher li ma jaf xejn u li probabbli qieghed jipprova jahli l-hin”. Minbarra hekk persuna ohra, din id-darba f’kariga editorjali tal-maltatoday.com, ikkonfermat ma’ l-orizzont li mhux il-Pulizija biss qalulhom li huwa Gafà li tkellem maghna, imma wkoll persuna fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern.
Fl-istess rapport il-maltatoday.com qalu li “l-interrogazzjoni waslet lill-Pulzija biex tistabbilixxi li d-dikjarazzjoni li ghamel Gafà hija ‘bluff’. Gafà ghandu 36 sena u dakinhar li Raymond Caruana nqatel fl-1986 kellu 11-il sena”, jghid ir-rapport. L-istess rapport ikompli jikkwota pulizija li qalilhom li “filwaqt li hija wisq improbabbli li Gafà seta’ kien fuq ix-xena tad-delitt fl-1986 u li l-informazzjoni li ghandu hija biss dak li sema’, lanqas kellu informazzjoni x’jghidilna”.
Fil-fatt Gafà ghandu 38 sena u allura dakinhar kellu 14-il sena mhux 11-il sena.
Ktejjeb li kien hareg Hector Bruno fl-1987 meta kien ghadu gurnalist mal-gurnali tal-Partit Nazzjonalista, kien ippubblika ritratt fejn jidhru hamest it-tfal zghar fil-kazin tal-Partit Nazzjonalista tal-Gudja dakinhar stess li nqatel Raymond Caruana u tahtu hemm miktub “Waqt ir-riceviment. X’kien jigri kieku l-id qerrieda fettillha tghaddi tispara ftit qabel?”.
Sadanittant sorsi li tkellmu maghna qalulna li qieghda tidher aktar ovvja li hemm min irid li l-kaz ta’ Raymond Caruana jindifen mieghu u li ma jridux li l-verità tohrog. Il-fatt li l-Pulizija stqarrew mal-maltatoday.com li dak li qieghed jghid Gafà huwa ‘bluff’, juri li l-Pulizija digà ddecidew li dan il-kaz m’ghandux ikompli jigi investigat.
“Ghaliex wara aktar minn 24 sena mill-qtil ta’ zaghzugh innocenti, liema delitt baqa’ jintuza sena wara sena bhala parti minn propaganda partiggjana mill-PN, f’inqas minn jumejn li l-orizzont zvela li hemm prigunier li qal li jaf kollox, il-Pulizija digà qieghdin jiddiskreditawh u jidher li digà mhux jitwemmen” qalulna s-sorsi.
Sadanittant jidher li l-Ministru Carm Mifsud bidel fhemtu wara parir u direzzjoni tal-ufficjal investigattiv, accetta li jkun prezenti g?al din l-intervista mal-prigunier fil-prezenza wkoll tal-Magistrat li wirtet l-Inkjesta Magisterjal, Dr Edwina Grima kif ukoll fil-prezenza tal-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo.
Fi stqarrija l-Ministeru tal-Gustizzija u l-Intern qal li waqt l-intervista l-pri?unier g?azel li ma jitkellem xejn dwar dak li kien iddikjara li se jag?mel, u cioe’ li jizvela l-isem ta’ min wettaq id-delitt. L-istaqrrija tghid li huwa tkellem biss dwar il-kundizzjonijiet fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin u ressaq talba, li ma kellha x’taqsam xejn mal-kaz ta’ qtil, biex jing?ata xi privile??i waqt li qieg?ed jinzamm ta?t arrest. Il-pri?unier ?ie nfurmat li dak li huwa tieg?u bi dritt jing?atalu ming?ajr privile??i, itemm tghid l-istqarrija.
This entry was posted on Thursday, May 19th, 2011 at 08:45 and is filed under Appell, Habs ta' Kordin, Korp tal-Pulizija, Ktieb, Kummissarju tal-Pulizija, Omicidju, Prigunieri, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Qtil, Sparatura. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.