Il-kadavru mhux se jindifen minhabba suspetti godda
Il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona, li qed imexxi l-inkjesta magisterjali dwar il-kaz tal-mewt ta’ immigrant illegali li miet wara harba mic-Centru ta’?Detenzjoni f’Hal Safi flimkien ma’ seba’ ohrajn, ordna biex ma ssirx id-difna wara suspetti godda li rrizultaw wara l-awtopsja.
Sorsi qrib is-Servizzi tad-Detenzjoni qalu lil KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont li minkejja li mill-awtopsja rrizulta li l-immigrant minn Nigerja miet kawza ta’ attakk tal-qalb, qed jinghad li dan x’aktarx ghandu marka fuq parti minn gismu li tidher li saret minn daqqa ta’ sieq. L-istess sorsi qalulna wkoll li irid ikun maghruf ukoll ghaliex il-vittma ikkollassa u jekk dan sehhx minhabba li kien ha xi sustanzi llegali.
Il-kaz sehh nhar is-Sibt li ghadda meta seba’ klandestini harbu mic-Centru ta’ Detenzjoni f’Hal Safi flimkien ma’ grupp ta’ seba’ ohrajn. In-Nigerjan u Algerin inqabdu wara li membri tas-Servizzi tad-Detenzjoni (SD) grew warajhom. Waqt din il-girja in-Nigerjana ikkolossa fl-art u deher li kien f’kundizzjoni gravi. Huwa ttiehed lejn Lyster Barracks tal-FAM f’Hal Far immanetjat fejn tpogga f’izolament u meta deher li ma kienx gie f’sensih issejhet ambulanza. Kif waslet l-ambulanza b’infermier fuq il-post sabu lin-Nigerjan kien ghadu mitluf minn sensih u b’qalbu wieqfa, tant li mill-ewwel beda jinghata n-nifs artificjali u messaggi fuq qalbu. Minn hemm huwa ttiehed l-Emergenza tal-Isptar Mater Dei bl-infermier ikompli jaghmel minn kollox biex isalvalu hajtu fl-ambulanza. Huwa ddahhal l-isptar izda t-tentattivi ddisprati tat-tobba ma swew ghalxejn u ghall-habta tan-12.30 a.m. huwa gie ccertifikat mejjet.
Dwar dan il-kaz il-Ministru tal-Intern u l-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici hatar inkjesta indipendenti dwar il-harba tas-seba’ immigranti u l-mewt ta’ wiehed minnhom. Il-hamsa l-ohra ghadhom mahrubin.
This entry was posted on Thursday, April 21st, 2011 at 07:14 and is filed under Aggressjoni, Ambulanzi, Awtopsja, Detention Centres, Emergenza, FAM, Funeral, Girja, Harba, Imfittex, Immigranti, Infermieri, Inkjesta, Kadavru, Klandestini, Mahrub, Mewt, Sptar Mater Dei, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.