In-nuqqas ta’ ‘fire hydrants’ jipperikola s-sitwazzjoni
L-inezistenza ta’ ‘fire hydrants’ li jissuplixxu ilma bi kwantità kbira biex f’kaz ta’ nirien il-membri tal-Protezzjoni Civili jkunu jistghu juzawhom, seta’ ipperikola l-hajja ta’ hafna nies u kellhom ikunu kuntratturi privati li gew bil-bowsers bl-ilma biex fornew lill-ingenji tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civil f’nirien kbar li kienu kkawzati minn diversi spluzjonijiet fil-fabbrika ‘Drop Chemicals Litd.’ fil-Qasam Industrijali tal-Imriehel.
It-Tlieta ghall-habta tal-10.10 a.m. diversi ingenji tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili rrispondew ghal sejha ta’ nirien li zviluppaw fil-fabbrika li tipproduci prodotti bhal sapun u detergenti. Ftit wara li bdew in-nirien sehhet spluzjoni u fi spazju ta’ siegha u nofs kien hemm tliet spluzjonijiet ohrajn. Minnufih kien l-intervent tal-Pulizija tal-Mobile li waslu l-ewwel fuq il-post u bdew jevakwaw lill-haddiema anke ta’ azjendi ohrajn.
Id-duhhan iswed u ohxon deher minn diversi nhawi ta‘ Malta tant li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili hargu twissija lir-residenti tal-Hamrun, Hal Qormi, Santa Venera, Hal Balzan u Birkirkara biex izommu t-twieqi maghluqin u jekk jista’ jkun ma johorgux barra minhabba li d-dhahen jistghu jkunu tossici. B’xorti tajba dawk li kienu fil-fabbrika, fosthom is-sidien u l-haddiema, hargu mill-ewwel barra u bhala prekawzjoni l-impjegati li hemm fl-inhawi f’diversi azjendi wkoll inhargu. Fost dawn kien hemm dawk fit-TG Complex, li fih hemm il-Forestals, Deloitte, il-kumpaniji finanzjarji tal-BOV, l-Awtorità tal-Loghob u l-Lotteriji u kumpaniji ohrajn. Minhabba li n-nrien tferrxu fi ftit hin u bdew isehhu l-ispluzjonijeit, bhala prekwazzjoni l-impjegati f’dawn il-postijiet ma thallewx inehhu l-karozzi taghhom mil-parkegg ta’ taht l-art u lanqas jidhlu ghall-affarijiet personali taghhom fl-ufficini.?
Il-kommossjoni fuq l-ucuh tad-diretturi tal-kumpanija, l-ahwa Dalli, kienet evidenti meta raw 23 sena ta’ hidma ssir litteralment duhhan. Fi ftit minuti n-nirien tferrxu f’diversi kmamar fosthom laboratorji li jintuzaw mill-kumpanija ghar-ricerka fejn hemm mahzuna l-kimika ghalkemm mhux fi kwanità kbira. ?Imma l-ikbar ugiegh ta’ ras kienet il-kantina fejn hemm mahzuna kwanitità kbira ta’ kimika. Ghaldaqstant il-membri tal-Protezzjoni Civili, taht is-supervizjoni tad-Direttur Patrick Murgo u l-ufficjali Tony Pisani, James Newell John Gera u ohrajn, ippruvaw jersqu vicin kemm jista’ jkun biex ixarbu l-inhawi biex in-nirien ma jersqux lejn din il-kimika.
Ghall-habta tal-11.30 a.m. meta kienu fuq in-naha ta’ wara, sehhet spluzjoni qawwija izda b’xorti tajba hadd ma wegga’. Kawza ta’ din l-ispluzzjoni mill-mahzen hargu vampi kbar ta’ nar u d-dduhhan iswed kompla jimla’ l-arja.
Il-Pulizija ghalqu l-access ghat-traffiku biex ma jkunx hemm tfixkil ghall-vetturi ta’ l-emergenza. Prezenti fuq il-post kien hemm il-hin kollu tim mediku tal-ERT mmexxi mit-Tobba Michael Spiteri u Chris Deguara. Ghalkemm hadd ma wegga’ kien biss l-Ufficjal Tony Pisani li kellu bzonn jinghata l-ewwel kura medika ghal hruq zghir f’idejh u wara huwa kompla bil-hidma tieghu flimkien mad-diversi kollegi tieghu. F’din l-operazzjoni hadu sehem aktar minn 100 persuni mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, volontieri, tim mediku u Pulizija. Barra minn hekk intuzaw aktar minn 20 bowser tal-privat mimlijin bl-ilma kif ukoll bowser iehor li ngieb bid-dijzil ghall-fire engines.
Ghall-habta tat-3.00 p.m. meta n-nirien il-kbar kienu taht kontroll, il-membri tal-Protezzjoni Civili bdew jidhlu ftit ftit biex jikkontrollaw in-nirien fuq gewwa. Ftit qabel il-5.00 p.m. is-sitwazzjoni kienet taht kontroll ghalkemm sa tard waranofsinhar kienu ghadhom fuq il-post. In-nirien ikkawzaw hsarat estensivi anke fil-bini fejn dehru diversi konsenturi. Stabbilimenti fil-qrib ukoll garbu xi hsarat kemm minhabba s-shana qawwija tan-nirien, bin-nugrufun u anke bl-ilma.
Fuq il-post kien hemm il-Pulizija tal-Mobile, tat-Traffiku kif ukoll tad-Distrett immexxijin mill-Assistent Kummissarju Raymond Zammit, is-Supretendent Lawrence Cutajar u l-Ispetturi Anthony Cachia u Joseph Agius flimkien mas-Surgent Dennis Agius mill-Ghassa ta’ Hal Qormi. Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Antonio Mizzi, ordna inkjesta u hatar diversi esperti biex ihejju r-rapporti taghhom.
Tul il-hin kollu li kienet ghaddejja din l-operazzjoni kulhadd ikkopera u fehem li s-sitwazzjoni kienet perikoluza. Izda sfortunatament f’hin minnhom inqala’ incident zghir fejn sid il-kumpanija ‘Imnara Ltd’ li tinsab ftit metri ’l boghod minn fejn kien hemm in-nirien, ried akkost ta’ kollox ikompli ghaddej bil-hidma b’mod normali fosthom li jidhlu l-vetturi tieghu. Meta l-Pulizija spjegawlu li minhabba ragunijiet ta’ sigurtà kemm ghalih kif ukoll ghal dawk kollha involuti ma setax’, huwa mhux biss argumenta mal-ufficjali tal-Pulizija izda nstema’ jheddihom li kien se jirrapportahom lill-Kummissarju tal-Pulizija.
This entry was posted on Wednesday, April 13th, 2011 at 08:50 and is filed under Accident, Ambulanzi, Emergenza, ERT, Esperti, Hruq, Infermieri, Kummissarju tal-Pulizija, Nirien, Periklu, Protezzjoni Civili, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Rabja, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
I was there assisting the civil protection department and we did not find one single fire hydrant in an industrial estate. This is very shameful and i think the government and MEPA should see into it asap. I believe it costed the department thousands of euros to get all those water bowsers and foam used. I hope that the company insurance is involved in refunding the money the department incurred. Such companies should have their own water back up especially a chemical factory. Well done to all invlolved we did a great job, in avoiding further damages to other third parties.
Mir ritratt biss ukoll jidher li kummidjant kollhu.prosit john li taghti kull taghrif
John…mal-hafna xoghol tajjeb li dejjem ittina…nissuggerixxi li tibda ggor mieghek video camera u nibdew naraw filmati dettaljati…konvint li jirnexxilek tigbed filmati esklussivi.
Kulhadd isemmi lil KUMMISSARJU meta ma’ tghaddix tieghu possibli l-Kummissaju joqghod jisma’ lil kull min jahseb li hu xi ftit importanti jew li hu xi ras kbira fil-pajjiz.
Mela l-Kummissarju m’ghandux x’jaghmel? Lanqas nemmen li joqghod jahli l-hin ma’ dawn it-tip in-nies.