Arrestati mill-inqas tmin demostranti
Grupp ta’ madwar 50 perusna favur il-mexxej Libjan Muammar Gaddafi it-Tnejn organizzaw protesta quddiem l-Ambaxxata Libjana f’Hal Balzan li kellha tkun kontra l-Istati Uniti, Franza u l-Ingilterra minhabba l-indhil taghhom fl-affarijiet interni ta’ pajjizhom. Izda minflok spiccat f’tghajjir, insulti u battibekki ma’ grupp iehor ta’ Libjani li huma kontra r-regim ta’ Gaddafi. F’hin minnhom il-Pulizija kellha tintervjeni fejn anke gew arrestati madwar tmin persuni.
Dawk li marru jipprotestaw kontra l-pajjizi li qed jattakkaw il-Libja waslu quddiem l-Ambaxxata b’xarabank ghall-habta tal-10.30 a.m. li telqet aktar qabel minn quddiem il-Kullegg tal-Libjani f’Ta’ Giorni. Huma qaghdu man-naha tal-Ambaxxata fejn anke hargu jipportestaw maghhom xi impjegati tal-istess Ambaxxata li tawhom ritratti ta’ Gaddafi u tabelli ohrajn.
Ftit tal-hin wara bdew jingabru xi Libjani li tpoggew fuq in-naha l-ohra tat-triq mill-Pulizija biex ikunu evitati accidenti bejn iz-zewg gruppi ta’ demostranti. Id-dimostranti favur Gaddafi bdew jghajtu slogans kontra l-President Franciz Nicolas Sarkozy kif ukoll kontra l-Gvern Amerikan filwaqt li bdew jghajjtu “Allah, Gaddafi u Libja biss”.
Mill-ewwel kien jidher li s-sitwazzjoni kienet se tishon tant li ssejhu r-rinforzi ta’ Pulizija fejn prezenti kien hemm numru ta’ Pulizija minn diversi Distretti, tal-SAG, Mobile u tat-Traffiku. L-ewwel accident inqala’ meta zewg Libjani min-naha tad-demostranti dehru jgarraw zewg gebliet fid-direzzjoni tal-Ambaxxata li b’xorti tajba ma laqtu lil hadd. Dawn gew arrestati mill-Pulizija u ttiehdu l-lock-up fid-Depot tal-Pulizija.
Wiehed minn dawk fuq in-naha favur Gaddafi qal lill-KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont li huma kienu qieghdin jipprotestaw kontra l-aggressjoni barranija. Uhud minnhom garrew tabelli bi kliem “Waqfu l-qtil tan-nies fil-Libja”
“Din hija kwistjoni interna” sahaq dan il-Libjan li pprefera ma jghidilnix ismu. Huwa qal li l-attakki li saru fuq il-Libja nqatlu nies civili innocenti fosthom nisa u tfal. Mistoqsi jekk humiex se jipprotestaw quddiem l-ambaxxati ohrajn, l-istess ragel qalilna li fil-jiem li gejjin se jorganizzaw protesti quddiem l-Ambaxxata Amerikana, Franiciza u l-Kummissjoni Gholja Ingliza.
Min-naha l-ohra dawk ta’ kontra Gaddafi bdew jghajjtu li huma vera Libjani u li Gaddafi waqqa’ l-pajjiz ghac-cajt. Adel Suleman, li studja l-Ligi fil-Libja, qalilna li dawk li huma favur Gaddafi huma mhalsin minn Gaddafi biex gew jipprotestaw biex juri li ghad ghandu n-nies li jappogjawh. Huwa allega li filwaqt li fil-Libja, Gaddafi qed ihallas 500 Dinar (madwar €240) kull familja biex ma johorgux jipprotestaw, hawn Malta qieghdin jinghataw madwar €1,000 kull wiehed biex organizzaw din il-protesta. Huwa qal li dawn huma impjegati ta’ Gaddafi u ohrajn li gew Malta bhala studenti u jekk ma jurux li qieghdin jappoggjawh ma jkomplix ihallashom.
“Dawn mhumiex vera Libjani. Fejn kienu meta Gaddafi beda joqtol lin-nies? Li kieku l-forzi barranin ma intervjenewx, kieku Gaddafi digà qatel 10,000 Libjan f’jumejn” qalilna Adel Suleman.
Fil-11.55 a.m. qamet ftit tal-kommossjoni meta wiehed mid-demostranti kontra Gaddafi deher jersaq lejn il-barrikati mill-genb tal-Ambaxxata b’kartuna bajd f’idejh. Kif gara l-ewwel bajda lejn id-demostranti l-ohrajn, inzamm mill-Pulizija u anke minn shabu u ma lehaqx gara l-kumplament tal-bajd.
F’12.25 p.m. id-demostranti kontra Gaddafi waqfu mill-isorbju biex ghamlu xi hin isallu fil-kwiet. Min-naha l-ohra dawk favur il-mexxej Libjan baqghu ghaddejjin bil-protesti taghhom. Ftit tal-hin wara dawk favur Gaddafi dahlu fl-Ambaxxata fost l-ghajjat tan-naha l-ohra. Ghaldaqstant il-Pulizija talbu lid-dimostranti ta’ kontra r-regim biex anke huma jitilqu ghax aktar kmieni kienu ftehmu li la darba dawk jidhlu fl-Ambaxxata anke huma jmorru bil-kwiet. Izda dawn ma riedux jitilqu fost argumenti mal-Pulizija.
F’hin minnhom dehru xi nies jittawwlu minn tieqa tal-Ambaxxata. Din il-mossa giet interpretata bhala provokazzjoni min-naha tad-demostranti li taw salt biex jippruvaw jidhlu fl-Ambaxxata. Il-Pulizija ma kellhix ghazla ohra hlief li tintervjeni fejn anke kellha tuza l-forza necessarja biex twaqqafhom. Minnufih l-istakkament zghir tal-SAG tpoggew quddiem l-entratura tal-Ambaxxata armati ghal-lest.
Il-kumplament tad-demostranti ntefghu fl-art f’nofs ta’ triq fejn it-traffiku li kien gej min-naha tar-Rabat kellu jieqaf. Izda f’inqas minn erba’ minuti dawn tnehhew min-nofs ghalkemm mhux wara diversi persuni li bdew jirrezistu lill-Pulizija. Madwar sitta minnhom spiccaw arrestati u iehor beda jilmenta li l-Pulizija kienu kisrulu siequ l-leminija. Ghaldaqstant issejhet ambulanza b’infermiera li hadet lid-demostrant l-Isptar Mater Dei akkumpanjat minn Pulizija. Aktar tard irrizulta li dan il-Libjan ma kien sofra l-ebda griehi u kull ma kellhu kienet ftit hmura meta habat siequ ma’ cint.
Fis-2.25 p.m. dawk id-dimostranti favur il-Kurunell Gaddafi nhargu mill-Ambaxxata fejn ittelghu f’xarabank u regghu rritornaw lejn Ta’ Giorni. Kif raw hekk dawk opposti telqu bil-kwiet ukoll ghalkemm xorta wahda l-Pulizija baqghu ghassa mal-Ambaxxata.
Fid-dawl ta’ dan kollu issahhet is-sigurtà mal-Ambaxxata ta’ Franza fil-Belt fejn intbghatu aktar Pulizija u tpoggew barriers quddiem il-bini.
This entry was posted on Tuesday, March 22nd, 2011 at 10:28 and is filed under Aggressjoni, Ambulanzi, Arrestat, Infermieri, Protesta, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Pulizija tat-Traffiku, Rabja, SAG, Sptar Mater Dei, Studenti, Theddid, Tobba. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.