“MAHRUB” MINN MALTA
Taht eskorta tal-Pulizija, ufficjal ta’ linja tal-ajru Afrikana, ittiehed l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’urgenza mill-Pulizija stess wara li grupp ta’ Libjani allegaw li kien sahansitra l-mohh wara l-garr ta’ mercenarji lejn il-Libja biex joqtlu lil dawk li qeghdin jiddemonstraw kontra r-regim ta’ Muammar Ghaddafi.
Nhar il-Hamis waranofsinhar madwar 15-il Libjan ingabru quddiem il-Lukanda Corinthia San Gorg f’San Giljan wara li waslitilhom informazzjoni li Sabri L. Shadli, ufficjal gholi ma’ l-linja tal-ajru Afrikana, kien allogjat f’din il-Lukanda u li kien wasal Malta nhar it-Tnejn li ghadda.
“Tlabna lill-maniger tal-lukanda biex inkellmuh izda ma hallewniex nidhlu. Ahna nafu li qieghed hemm gew u dawn l-ahhar jumejn kien qieghed jorganizza titjiriet lejn il-Libja mimlijin b’mercinarji Afrikani. Dan irranga kollox biex jiehu nies halli joqtlu lil-Libjani”, qal Ahmed Trouni lil KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont.
Huwa kompla jghidilna li l-Pulizija Maltija kienet se tipprova tohorgu bil-mohbi ghax digà kienu gabu taxi fuq in-naha ta’ wara. Trouni qalilna li meta avvicinaw lix-xufier tat-taxi, li dak il-hin kien qed jghabbi l-bagalji, qaluli li dawk kienu ta’ persuna li qieghed joqtol lin-nies. Dak il-hin stess ix-xufier tat-taxi rega’ hareg il-bagalji mit-taxi u qalilhom li ma riedx inkwiet u telaq.
L-istess persuni qalulna li l-linja tal-ajru li jahdem maghha hija tal-mara ta’ Ghaddafi u Shadli ilu snin jirrapprezentaha.
Fis-1.56 p.m. wiehed mil-Libjani avvicinana u qalilna li dalwaqt il-Pulizija kienu se johorgu lil Shadli bil-mohbi u se jiehduh l-ajurport biex iharbuh minn Malta. Kien ovvju li dawn l-irgiel kellhom informazzjoni tajba tant li fis-2.01 p.m. Sabri L Shadli fegg minn bieb sekondarju tal-lukanda taht skorta strett mill-eks-Kummissarju tal-Pulizija George Grech li huwa l-Kap tas-Sigurtà tal-Lukanda, l-Assistent Kummissarju Raymond Zammit u s-Supretendent Stephen Gatt u numru ta’ Pulizija tad-Distrett. Huwa ddahhal f’karozza mhux immarkata tal-Pulizija u b’velocità kbira ttiehed direttament lejn l-ajruport fejn x’aktarx qabad it-titjiera lejn Dubai li telqet minn Malta fit-2.50 p.m. via Larnaca f‘Cipru.
Fl-istess hin grupp iehor ta’ Libjani kienu digà qeghdin l-MIA jistennew lil Shadli biex jitolbu lill-Pulizija jarrestawh u mhux halluh ihalli l-pajjiz.
“Il-Gvern Malti messu kellu d-dicenza u ghall-inqas juri ftit rispett lejna u ordna lill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikun interrogat ghax hemm akkuzi serji hafna fuqu dan ir-ragel u mhux jaghtuh servizz ta’ taxi bla hlas direttament lejn l-Ajruport”, qalilna wiehed mil-Libjani.
This entry was posted on Friday, February 25th, 2011 at 09:41 and is filed under Appell, Harba, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Mahrub, MIA, Protesta, Pulizija, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.