Il-Ministru jghid li kienet opinjoni personali
Il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici li huwa responsabbli mill-Korp tal-Pulizija barra li harab minn mistoqsija diretta tal-Kap tal-Oppozizzjoni, Joseph Muscat, iddefenda lill-Kummissarju tal-Pulizija ghall-kummenti li ghamel dwar il-Pulizija nisa u qal li kienet opinjoni personali tal-Kummissarju u li l-midja interpratathom hazin.
Nhar it-Tlieta l-Ministru Mifsud Bonnici ddefenda fil-Parlament lill-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo wara d-dikjarazzjoni li ghamel li l-Pulizija nisa joholqulu sfidi kull meta jitolbu l-leave tal-maternità u s-sighat imnaqsin. Dan filwaqt li naqas milli jwiegeb jekk jaqbilx jew le ma’ din id-dikjarazzjoni. Il-Ministru qal li l-Kummissarju tal-Pulizija gie mizinterpretat mill-midja, filwaqt li emfasizza li dan kien qieghed jesprimi opinjoni personali.
Id-dikjarazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija Rizzo, gabet kritika minn diversi ghaqdiet, fosthom mill-Konfederazzjoni tan-Nisa Maltin, il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista ghas-Servizz Pubbliku u Ugwaljanza Helena Dalli u nies ohrajn fosthom Pulizija nisa. Ghall-mistoqsija diretta tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dwar jekk jaqbilx ma’ din id-dikjarazzjoni, il-Ministru Carm Mifsud Bonnici ma wegibx. Minflok huwa stqarr li fil-verità fil-Korp tal-Pulizija kienu qeghdin jithaddmu l-mizuri favur il-familja, u mhux kif kien qieghed jigi allegat. Huwa zied jghid li kulhadd jaccetta li hija sfida biex fuq il-post tax-xoghol issib soluzzjonijiet gusti ghal kulhadd.
Fl-istess hin Dr Mifsud Bonnici sahaq diversi drabi li pajjizna ghandu jaghmel riflessjoni fuq il-kummenti tal-Kummissarju, biex naghmlu mizuri li jkunu jistghu jithaddmu. Minkejja li qal li ma jara xejn straordinarju fid-dikjarazzjoni tal-Kummissarju, il-Ministru Mifsud Bonnici ddikjara li se jkun qieghed jiltaqa’ mal-Kummissarju u l-Assistenti tieghu dwar kif jistghu jizviluppaw l-affarijiet fil-Korp.
Id-dikjarazzjoni tal-Ministru Mifsud Bonnici kompliet turta aktar minn qabel lill-Pulizija membri fil-Korp tal-Pulizija. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li wiehed jasal biex jifhem li l-Ministru jipprova jtaffi l-hsara li ghamel il-Kummissarju bil-kummenti tieghu imma mhux accettabbli li Kap ta’ Dipartiment jesprimi opinjoni personali dwar il-haddiema tieghu.
“Li kieku l-Kummissarju qal li ma jaqbilx li l-Pulizija nisa jilbsu uniformi roza, wiehed jaccetta li din tkun opinjoni personali. Imma li l-Pulizija nisa joholqulu sfidi kull meta jitolbu l-leave tal-maternità u s-sighat imnaqsin, din mhix sempliciment opinjoni personali imma stqarrija ta’ Kap ta’ Dipartiment”, qalulna s-sorsi.
Anke l-fatt li “l-Kummissarju tal-Pulizija gie mizinterpretat mill-midja”, mhi xejn hlief insult lejn il-gurnalisti ghax il-Kummissarju gie kkwotat dak li qal u kien car fid-dikjarazzjoni li ghamel li huma sostanzjati bid-decizjoni li ha fil-konfront ta’ ufficjali kif stqarr l-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi meta tkellem fuq ir-Radju RTK nhar it-Tnejn li ghadda.
Waqt dan il-programm fuq ir-radju tal-Knisja l-Kummissarju tal-Pulizija gie kkwowtat li kien qal li “lill mara u lil binthi jien inhobbhom, imma naf li hemm certi affarijiet li n-nisa mhumiex kapaci jaghmlu”. Dan il-kumment wegga’ hafna nisa mhux biss fil-Korp tal-Pulizija imma b’mod generali.
Meta tkellem l-Assistent Kummissarju Lawrence Cauchi, li huwa responsabbli mill-Ippjannar u l-Istrategija tal-Korp tal-Pulizija, qal li hemm zewg kazijiet li gew irrifjutati biex jahdmu bis-sighat imnaqqsin u dawn huma t-tnejn fir-rank ta’ Spettur. “Importanti li wiehed ifakkar li l-grad ta’ Spettur, li minhabba c-cirkostanzi partikolari tieghu specifikament dik investigattiva, ma jistax ikun li jkun imxekkel b’xi limitu ta’ hin.” Huwa qal li minhabba li spettur tal-Pulizija jrid ikun ghad-dispozizzjoni tal-Korp 24 siegha kuljum, huwa impossibli li jahdem jew tahdem mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. ghax jekk tkun qeghda tinvestiga ma tistax tieqaf tinvestiga. Huwa qal li ukoll li Spetturi fid-Distrett ikunu impenjati bil-festi u avvenimenti ohrajn u anke specifika fost ohrajn li jahdmu l-grawnd tal-futbol u l-Korsa tal-Marsa.
“Din kienet l-unika raguni li z-zewg talbiet li saru miz-zewg Spetturi nisa gew irrifjutati”, sahaq l-Assistent Kummissarju Cauchi.
Dan il-kumment kompla zied ir-rabja ta’ hafna nies ghaliex li ma qalx l-Assistent Kummissarju, hija li fil-fatt wahda mill-Ispetturi li kienet irrifjutata tahdem f’ufficcju fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija u l-ohra li tahdem f’Distrett. Dwar il-fatt li l-ispetturi jkunu impenjati fil-festi, grawnd, fil-Marsa u attivitajiet ohrajn, l-Assistent Kummissarju Cauchi ried jizgwida lis-semmiegha tar-Radju RTK li ma jafux kif jahdem il-Korp, qalulna s-sorsi. Huma qalu li fid-Distretti ma hemmx spettur jew spettura wahda u spiss jigri li ufficjal ilehhaq minn Ghassa ghal ohra. Dan qieghed jigri fil-prezent fejn anke spettur jingieb minn distrett iehor biex ilehhaq xi attività jew fuq xi kaz, qalilna ufficjal gholi fi hdan il-Korp.
This entry was posted on Thursday, February 17th, 2011 at 09:22 and is filed under Ghassa tal-Pulizija, Korp tal-Pulizija, Kummissarju tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija Nisa, Pulizija tad-Distrett, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
u minn tant nies is-sur cauchi tkellem fuq l-ufficjali. Mnalla hemm hu ghat-tragedy and planning
I dare say that everything is challenging to the Commisioner…
Maybe a look at this link one will see how challenging women are…
http://www.bawp.org/ACPOWomen.php
Is Sur Cauchi Tkellem? Hlief jordna l-Pulizija Jghamlulu t-tè ma Jaghmilx?
Plus li veru dak li smajt li tnehha t-trasport lill-Kuntistabbli nieqes mid-dawl? Ghax qalu hela ta’ petrol?
Mela sewwa dak ghax persuna bi bzonnijiet specjali nehhielu t-trasport u d-driver tieghu jidhol xol il Hadd biex jibghatu jixtrilu is sigaretti u l gazzetta halli hu jibqa d dar. Nesa s Sur Cauchi kemm attenda tigijiet privati bil vettura tal pulizija hu u s injura tieghu?????????. Nesa kemm kien jibghat lix xufier tieghu jigborlu t tfal mil-iskola? dak mhux HELA TA PETROL!!!!!!!!!!!!!! Dan jaf xi tfisser “Strategy and Planning” ghax niddubita minn kif mixja il pulizija ta’ Malta. Jien niskanta i ninxef meta nara nies bhal dawn imexxu l-Korp meta qatt ma kienu kapaci minn meta kienu kuntistabbli. Ghax sew ghidt il proverbju malti “MHUX X’TAF JGHOD IMMA LILL MINN TAFFFFFFFFFFFF”
Dawn iz-zewg spetturi li m’accettalomx li jahdmu bir-reduced hours imsieken jishtu s-siegha w il-mument li studjaw u komplew lahqu fil-karriera tal-korp…………Hekk gabhom…….imsieken!!!!!
HAWWADNI HA NIFHMEK LOLITA!!!
Fil-kas jista’ jmur jinvestiga is-Sur Cauchi fid-distrett kif ukoll l-grawnd u l-Korsa tal-Marsa filwaqt li fid-Depo jmorru jadmu z–zewg spetturi nisa mid-9.00 a.m. sas-2.00 p.m. Hija tal-misthija meta l-Gvern suppost qed jistimola politika favur il-familja, fid-depo qas qatt ma kienet evalwata l-possibilta ta Child day center filwaqt li mill-quccata jinhargu certu stqarrijiet…