Bdew jieklu b’mod normali
Paul Andrews ta’ 48 sena mill-Hamrun u Jesmond Aquilina ta’ madwar 37 sena minn Bormla, iz-zewg pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli li allegaw li kienu fuq “strajk tal-guh”, l-Erbgha filghodu bdew jieklu b’mod normali wara li waslu fi ftehim mal-awtoritajiet tal-istess sptar.
F’rapport esklussiv fuq dan is-sit u fil-harga ta’ l-orizzont, ghidna li l-awtoritajiet ta’ Monte Carmeli kienu hadu passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Andrews u Aquilina wara li allegatament dawn inqabdu jisirqu zewg ghasafar li kienu ghall-wiri fl-istess sptar f’H’Attard. Iz-zewg pazjenti ma thallewx johorgu fil-bitha u ghalhekk madwar sitt ijiem ilu huma qalu li bdew jirrifjutaw l-ikel bhala protesta u kienu qieghdin jixorbu ilma biss. Izda ezamijiet medici li sarulhom kuljum mit-tobba qatt ma wrew sinjali jew sintomi li jindikaw li ilhom daqstant granet ma jieklu.
Din l-istorja giet zvelata wara li kien l-istess Paul Andrews li ghamel kuntatt maghna u talabna mmorru nitkellmu mieghu. Huwa cahad li kien seraq xi ghasafar anzi qalilna li l-Pulizija qalulu li ghandhom filmati qed iwettaq ir-reat minn showroom tal-karozzi f’H’Attard. Min-naha l-ohra sorsi f’Monte Carmeli qalu lil dan il-gurnal li huma ghandhom filmati taz-zewg pazjenti jidhru jisirqu zewg ghasafar li kienu f’wirja fl-Isptar Monte Carmeli stess dan l-ahhar.
Sadanittant ragel minn H’Attard allega maghna li fil-fatt Paul Andrews verament seraqlu ‘gardell’ bil-gagga b’kollox mill-garaxx tieghu fi Triq Nutar Zarb f’H’Attard il-gimgha l-ohra. Huwa allega wkoll li kemm Andrews kif ukoll Aquilina dehru fl-inhawi minn fejn gew irrapportati oggetti ohrajn neqsin fosthom anke statwa li nsterqet minn parapett ta’ residenza privata.
Il-Pulizija tad-Distrett ghadha qed tinvestiga dawn is-serqiet.
This entry was posted on Thursday, January 20th, 2011 at 08:27 and is filed under Protesta, Pulizija tad-Distrett, Serq, Sptar Monte Carmeli. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.