L-ewwel darba f’Malta l-akkuza ta’ kriminalità organizzata
Il-kaz tal-eks-Spettur u llum Avukat David Gatt hasad lil hafna nies li ghalkemm il-Pulizija kienet ilha tinvestigah tal-inqas mis-sena 2000, qatt ma tressaq il-Qorti jew gie akkuzat qabel nhar it-Tlieta, 7 ta’ Dicembru. Minghajr ma nidhlu fil-mertu tal-kaz, ghar-raguni li issa jinsab sub judice, interessanti l-fatt li ghall-Pulizija Maltija dan huwa l-ewwel kaz li xi hadd qed ikun akkuzat bi kriminalità organizzata.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil KRONAKA f’MALTA li hemm min qed jara li filwaqt li l-Pulizija setghu kissru cirku ta’ kriminalità, l-aktar bid-dikjarazzjoni li Dr David Gatt ghamel meta ddeskriva lilu nnifsu bhala “Capo dei Capi” (Kap tal-Kapijiet), fl-istess hin intefa’ dell iehor fuq il-Korp tal-Pulizija li wiehed minnhom qed ikun akkuzat fost l-ikbar reati sejri f’pajjizna wara l-omicidji. Dan ghaliex dawn l-allegat reati kriminali sehhew meta David Gatt kien ghadu membru fil-Korp tal-Pulizija fir-rank ta’ Spettur. Fil-fatt Dr Gatt kien kuntistabli ghal madwar sentejn u kien telaq mill-Korp biex rega’ applika biex jidhol mill-ewwel bhala Spettur tal-Pulizija bhala kadett fl-1992.
Huwa kien tkecca mill-Korp fl-2001 mill-Kummissarju ta’ dak iz-zmien, George Grech, fuq suspett li kien involut ma’ kriminali. Dan irrizulta waqt investigazzjonijiet li kienu ghaddejjin fejn gew intercettati telefonati mill-Pulizija tas-Servizz Sigriet fil-31 ta’ Ottubru, fl-1 ta’ Novembru, fl-4 ta’ Novembru u fil-5 ta’ Novembru tas-sena 2000 bejn l-istess David Gatt u persuna ohra bl-inizjali GB li kien maghruf sew mal-Pulizija.
Barra dawn it-telefonati kien hemm cirkostanzi ohrajn li qajmu suspett u anke informazzjoni li kienet waslet ghand il-Pulizija. George Grech kien iddecieda li jnehhi lil Gatt mill-Korp u mar quddiem il-Kummissjoni tas-Servizzi Pubblici (PSC) u ressaq il-provi li kellu il-membri tal-PSC kienu rrakkomandaw li David Gatt kellu jitnehha mill-Korp tal-Pulizija fl-interess pubbliku. Izda minhabba li l-eks-Kummissarju ma kienx ressaq lil Gatt, u dak iz-zmien zewg ufficjali ohrajn mieghu fuq kazijiet separati, quddiem il-PSC, Gatt u l-eks kollegi tieghu aktar kmieni din is-sena rebhu kawza fl-oghla Qorti ta’ Malta. Din il-Qorti kienet iddecidiet li dawn kienu tkeccew ingustament kif ukoll minhabba li waqt il-proceduri kien irrizulta wkoll li l-Pulizija ma kienux gabu warrant minghand il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern biex is-Servizz Sigriet ikun jista’ jintercetta t-telefonati.
Minn aktar stharrig li ghamel dan is-sit elettroniku jirrizulta li r-raguni li George Grech ma kienx ressaq lil Gatt quddiem il-PSC biex la jikxef idejh kif kien qieghed jinvestiga u allegatament biex jipprotegi s-sorsi tieghu, jew kif inhuma maghrufin mal-Pulizija “l-informers”, li waslu biex il-Pulizija ssir taf bl-allegat ksur ta’ ligi.
Sadanittant sakemm David Gatt kien barra mill-Korp tal-Pulizija, mill-2001, huwa kien dahal l-Università ta’ Malta u studja l-ligi fejn anke nghata l-warrant ta’ Avukat. Sorsi li tkellmu maghna qalulna li ma jafux ghaliex il-Pulizija ilhom konxji mill-attivitajiet kriminali ta’ David Gatt u qatt ma hadu l-ebda passi biex sahanistra wasal biex ikun akkuzat b’reati li sehhew tlett snin ilu.
F’kumment li Dr Noel Cutajar, ukoll eks-Spettur tal-Pulizija, pogga fuq is-sit elettroniku Kronaka f’Malta, li jidher li huwa indirizzat ghal min kien qed imexxi l-Korpt fl-2001, huwa qal – “Jekk dak iz-zmien kont taf, ghaliex ma kienx hemm proceduri u hallejtu l-affarijiet bil-balbuljata kollha li kien hemm? Nies li serqu kartuna bajd tressqu l-Qorti u allura, nghid, min se jkun responsabbli ta’ dik id-decizjoni tal-2001? Ma noqghodux inwahlu fil-Qorti ghax tat il-bail. Kull Awtorità ghandha l-piz taghha u f’dan il-kaz hemm wiehed x’jahseb, ghax kont taf”, qal l-Avukat Noel Cutajar.
This entry was posted on Sunday, December 12th, 2010 at 08:58 and is filed under Abbuz, Arrestat, Habs ta' Kordin, Hold-up, Korp tal-Pulizija, Qorti, Rabja, Stharrig. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.