Missier jallega li bintu tnezzat gharwiena quddiem ragel
Missier li ammetta ma’ KRONAKA f’MALTA u mal-gurnal l-orizzont li bintu ta’ 15-il sena ghandha bzonn l-ghajnuna minhabba problemi u li ilha bil-problemi mindu kellha tmin snin, qalilna li minkejja dan mhux sew li bintu sfat imnezza gharwiena f’kamra fl-Isptar Monte Carmeli minn infermieri nisa fil-prezenza ta‘ ragel li jahdem fl-istess sptar.
Kommos u mkisser minhabba problemi li ghadda minnhom, il-missier irrakkontalna li kull darba li bintu tahrab mid-dar u tingabar mill-Pulizija, din tittiehed l-Isptar Monte Carmeli u titpogga fis-Sala numru 1 tan-nisa. Hekk gara f’Ottubru li ghadda meta wara kaz simili ttiehdet l-Isptar Monte Carmeli u kif twasslet tpoggiet f’kamra ghaliha li kull ma hemm fiha huwa saqqu fl-art u toilet u thalliet hemm lejl shih. Il-missier allega li diversi infermieri nisa kellhom juzaw il-forza biex lil bintu dahluha fil-kamra minhabba li kienet aggressiva.
“Iva jkun hemm hin meta binti ma tkunx l-istess u jkollha sahha kbira minkejja li ghandha biss 15-il sena”, qalilna r-ragel. Huwa kompla jghid li kien hemm bizzejjed infermieri nisa biex izommuha u ma kienx hemm ghalfejn jissejjah ragel fl-istess kamra meta bintu kienet imnezza gharwiena. Huwa qal li bintu thalliet ghal hin twil minghajr ebda hwejjeg sakemm mar it-tabib u kien dak il-hin li nghatat gaggaga tal-isptar trasparenti. Huwa qed jistaqsi kemm din hija legali u kemm hija etika professjonali.
“Ma nsib l-ebda oggezzjoni li binti tigi mnezza minn infermieri jew impjegati nisa, imma ma naccetta qatt li jkun hemm ragel prezenti”, sahaq il-missier bid-dmugh f’ghajnejh.
Dan ma kienx kaz izolat, kompla jghidilna. F’Novembru bintu regghet tpoggiet ghal erbat jiem f’kamra wehida liema kamra ghandha bieb tal-hadid u tieqa. F’rapport li huwa ghamel bil-miktub, il-missier qal li matul l-ewwel jumejn bintu thalliet imsakkra fejn fil-bidu mar jaraha tabib u qatt ma regat giet ezaminata. Ghal jumejn shah thalliet bil-pigama tal-isptar.
Ir-ragel allega li certi infermieri jittrattaw lil bintu hazin u ghalhekk it-tifla tirvella. Min-naha l-ohra ma’ infermieri ohrajn ma ghandha ebda problemi. Huwa allega wkoll li wahda mill-infermieri irrifjutat li ssahnila l-ikel. Ghaldaqstant huwa qed jistaqsi kif jista’ jkun li bintu tirranga meta mhux tinghata l-ghajnuna li tant ghandha bzonn.
Fl-ahharnett qalilna li l-gimgha l-ohra wara li bintu ddahhlet ghal darb’ohra l-isptar, sahansitra ntalab biex johodha d-dar u ma jhallihix hemm. Huwa qal li bhala missier accetta izda l-ghada regghet spiccat H’Attard fejn aktar tard filghaxija kien hemm kaz ma tfajla ohra minorenni.
Fl-ahharnett dan il-missier qalilna li minkejja dak kollu li ghaddiet u qeghda tghaddi minnu bintu, huwa japprezza l-hidma tal-infermieri u anke tal-Pulizija li kull darba qieghdin jissejhu minhabba t-tifla. Izda jiddispjacih meta jara l-mod kif tigi ttrattata bintu min-numru zghir hafna ta’ infermieri li ma jaghmlux gieh lill-kollegi taghhom.
Sadanittant sorsi qrib l-istess Monte Carmeli qalulna li r-raguni li l-pazjenti jnehhulhom il-hwejjeg f’certi kazi hija minhabba s-sigurtà taghhom stess. Anke l-prezenza ta’ ragel, li huwa infermier, hija necessarja ghax ikun hemm pazjenti li tant ikunu aggressivi li l-infermieri nisa ma jkunux jistghu jlehhqu maghhom.
Staqsejna lis-Segretarjat ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità dwar dan il-kaz fejn tfajla ta’ 15-il sena thalliet f’kamra minghajr hwejjeg fil-prezenza ta’ ragel. Staqsejna wkoll dwar il-kaz li din il-pazjenta nghatat lura lill-missiera ftit tal-hin wara li ddahhlet Mount Carmel meta ma kinitx f’qaghda tajba.
Ir-risposta li nghatajna kienet li wara konsultazzjoni mat-tmexxija tal-Isptar is-Segretarjat mhux f’pozizzjoni li jwiegeb il-mistoqsijiet tieghek minhabba li kull risposta li tista’ tinghata se twassal biex tinghata informazzjoni jew taghrif kunfidenzjali dwar pazjent. Izda kazijiet bhal bhal dawn huma suggett ghal investigazzjoni skont ir-regolamenti tad-Divizjoni tas-Sahha u tal-Isptar. F’kazijiet simili l-persuni nvoluti jistghu wkoll jaghmlu rapport kemm lill-awtoritajiet tal-isptar u tas-sahha kif ukoll lill-Pulizija.
“Ladarba l-investigazzjoni tibda, inkunu rridu nistennew l-ezitu taghha qabel ma nghaddu kull tip ta’ kumment relatat” qalilna l-kelliem ghas-Segretarjat ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Intant dwar l-accidenti li nqalghu tard nhar il-Gimgha f’Monte Carmeli, sorsi li tkelmu maghna qalulna li fil-fatt la kienu zewg nisa involuti u lanqas dawn iggieldu. Fil-fatt kienu tfajla ta’ 15-il sena u ohra ta’ madwar 13-il sena li huma hbieb tant li dawn ma ggieldux. Is-sorsi qalulna li f’hin minnhom iz-zewg minorenni fethu bieb li jaghti ghall-kuridur li jaghti ghal bitha. Hemmhekk huma garrew xi ghamara u oggetti ohrajn u mbarraw il-bieb biex ma jkunux jistghu johorgu ghalihom. Kif kienu fil-kuridur kissru tieqa tal-perspex li taghti ghall-ufficcju tal-infermieri u dahlu f’dan l-ufficcju. Kif kienu hemm iz-zewg tfajliet harqu purtiera, kissru computer u monitor u xi ghamara ohra. Kellu jkun l-intervent tal-Pulizija biex dakinhar is-sitwazzjoni giet taht kontroll kif irrapportajna nhar is-Sibt li ghadda.
This entry was posted on Friday, December 3rd, 2010 at 08:38 and is filed under Abbuz, Accident, Appell, Esklussiva, Harba, Infermieri, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Rabja, Sptar Monte Carmeli. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.