Il-Pulizija ssib il-mutur fil-bahar, tfittxija ghall-arma
Nhar il-Gimgha ghall-habta tal-5.20 p.m. il-Pulizija sabu l-mutur Typhoon blu fil-bahar taht l-Akkademja tal-Pulizija fil-Belt liema mutur intuza fl-attentat ta’ qtil tal-imprenditur Joe Baldacchino ta’ 51 sena miz-Zurrieq izda residenti f’H’Attard.
Ghalkemm il-vittma jinsab f’qaghda stabbili, xorta wahda ghadu fil-periklu tal-mewt fejn qed jinzamm taht osservazzjoni stretta fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Jidher li wara l-attentat l-aggressur baqa’ sejjer fil-Foss tal-Belt li jaghti ghal taht l-Akkademja tal-Pulizija f’Sant’ Iermu fejn heles mill-mutur billi tefghu fil-bahar. Wara tliet ijiem ta’ tfittxija l-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile waqt ronda taht l-Akkademja, innuttaw xi haga suspettuza fil-bahar. Minn aktar stharrig irrizulta li kien mutur. Wara li ttella’ mill-bahar irrizulta li fil-fatt dan kien l-istess mutur li kien imfittex u ghalhekk ittiehed fil-Bazi tal-Iskwadra Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben fejn kien hemm jistennew l-investigaturi tal-Pulizija u l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. Wara l-mutur ittiehed lejn il-Kwartieri Generali tal-Pulizija ghal aktar stharrig.
Minhabba li kien digà dalam, il-Pulizija ma setghux ikomplu bit-tfittxija ghall-arma fl-istess inhawi. Ghaldaqstant l-ghada mas-sebh ghandha tompliet it-tfittxija bit-tama li tinstab l-arma li ntuzat fl-attentat fuq il-hajja ta’ Baldacchino.
Ir-reat sehh nhar it-Tlieta ghall-habta tad-8.42 a.m. fil-parkegg qrib il-House of Four Winds fi Triq il-Mithna fil-Belt. Baldacchino safa ferut gravi b’tir ta’ pistola f’dahru fuq in-naha tax-xellug minn ragel li kien fuq mutur. Kif Baldacchino ghadda minn hdejn il-mutur, l-aggressur hareg l-arma, ippontaha ma’ dahar Baldacchino u spara tir wiehed.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qeghdin jitmexxew mis-Supretendent Silvio Valletta u l-Ispetturi Chris Pullicino u Daniel Zammit mid-DIK u mill-Ispettur James Grech mill-Ghassa tal-Belt. Ghalkemm il-Pulizija kellhom xi persuni biex jghinuhom fl-istharrig, s’issa ghadhom mhumiex f’pozizzjoni li jressqu lil xi hadd il-Qorti b’konnessjoni ma’ dan l-attentat.
This entry was posted on Saturday, November 27th, 2010 at 15:09 and is filed under Akkademja tal-Pulizija, Armi, Attentat, Harba, mutur, Periklu, Pulizija, Pulizija tad-DIK, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Sejba, Stharrig. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.