Grupp ta’ Nigerjani jaghmlu hsara fil-Barraks tas-suldati
Numru ta’ immigranti rgiel min-Nigerja t-Tnejn filghodu pprotestaw b’mod vjolenti x’aktarx ghax ma jridux li jigu deportati lejn pajjizhom. Huma ghamlu hsara f’parti mill-blokk fejn qieghdin jinzammu fil-Barracks tas-suldati f’Hal Safi.
Sorsi qrib id-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni qalu lil KRONAKA f’MALTA u lill-gurnal l-orizzont li minhabba li s-sitwazzjoni fin-Nigerja m’ghadhiex gravi, in-Nigerjani li dahlu Malta illegalment qieghdin jintbghatu lura lejn pajjizhom. Ghaldaqstant dawk li kienu ilhom Malta aktar minn sena u nofs u ma’ baqghux jinzammu fic-Centru ta’ Detenzjoni u anke nghataw il-Karta tal-Identità Maltija, meta jmorru biex igeddu l-viza ghand il-Pulizija, qieghdin jinzammu. Wara jittiehdu lejn ic-centru sakemm isiru l-arrangamenti biex dawn ikunu deportati lejn pajjizhom.
It-Tnejn ghall-habta tal-11.00 a.m. madwar disa’ minn dawn l-irgiel bdew jipprotestaw. Fi ftit minuti l-protesti eskalaw tant li allegatament kissru xi tubi, ghamara u anke l-kancell. Waqt tentattiv biex jaharab, wiehed minnhom waqa’ minn gholi u kiser idu tant li kellu jittiehed l-Isptar Mater Dei ghall-kura.
L-istess sorsi qalulna li fuq il-post intbghatu s-suldati mis-‘C’ Company kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile. In-Nigerjani damu jipprotestaaw madwar siegha sakemm is-sitwazzjoni giet taht kontroll imma mhux qabel is-suldati dahlu fuqhom u kkalmaw lill-irgiel.
Prezenti kien hemm il-Kap tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni, Brian Gatt.
This entry was posted on Tuesday, November 23rd, 2010 at 09:15 and is filed under Attentat, Detention Centres, FAM, Harba, ID Cards, Immigranti, Klandestini, Protesta, Pulizija, Pulizija tal-Mobile, Sptar Mater Dei. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
U issa tithallas il-hsara mit-taxxi li nhallsu ahna …mhux hekk!! Minn fuq il-grazzi talli akommodajnihom go pajjizna meta s-sitwazzjoni ta pajjizhom kienet hazina.
isa inhalsu ahna mux problema ghal gvern ghax mux ha johrogom min butu zgur.ghax aw ahjar min pajjizom ghalek ma ridux jitilqu