Il-JOTT RIKEB IL-FREJGATINA U QASAMHA
Il-hsara li garrab fuq quddiem il-jott ‘Sorcery’, li nhar it-Tnejn, 12 ta’ Lulju laqat frejgatina li fuqha kien hemm Joseph Gatt Baldacchino ta’ 81 sena minn Tas-Sliema, tindika li l-impatt kien qawwi hafna u l-jott rikeb il-frejgatina u qasamha.
Sorsi intizi sew fil-qasam marittimu li tkellimna maghhom qalulna li mir-ritratti li hadna tal-hsara tindika li allegatament il-jott kien ghaddej b’certu velocità. L-istess sorsi komplew jghidulna li kif tidher id-daqqa l-jott kien tiela mal-mewg meta laqat il-frejgatina tal-injam u l-probabbilità kbira hi li l-jott rikeb il-frejgatina kif jindikaw il-brix b’konsegwenza li l-frejgatina inqasmet u gherqet immedjatament. L-impatt, sahqu s-sorsi, jidher li sehh b’mod dirett mal-frejgatina tal-anzjan u mhux intlaqtet waqt xi manuvra biex jipprova jevita l-habta. Is-sorsi taghna sahqu li wiehed irid ukoll jezamina l-hsara li hemm fil-qiegh tal-jott li minn dawn ir-ritratti ma kienx possibli jghidulna.
Sorsi ohrajn qalulna li x’aktarx li l-impatt sehh fuq il-bank tal-frejgatina fejn kien ipoggi l-anzjan li generalment ikun fin-nofs. Mhux maghruf jekk l-ghaddasa mit-Taqsima tal-EOD tal-Forzi Armati rnexxielhomx jirkupraw partijiet mill-frejgatina jew oggetti personali ta’ Gatt Baldacchino.
Sadanittant dan is-sit elettroniku huwa informat li Joseph Gatt Baldacchino kull filghodu kien johrog bil-frejgatina ta’ madwar 14-il pied. Huwa kien jitlaq mix-Xatt tal-Gzira ghal habta tas-7.30 a.m. u jsalpa ghall-barra mill-ponta ta’ Tignè fejn kien jaghmel hemm sa l-10.00 a.m. jistad ghall-kwiet. Ir-rutina tieghu kienet li sa l-10.30 a.m. jkun lura biex jasal id-dar qabel il-11.00 a.m.
Ghaldaqstant jidher li l-accident sehh ftit minuti qabel ma l-anzjan kien se jzarma biex imur lura. Kif saru kwazi l-11.05 a.m. u Joseph ma wasalx id-dar, martu bdiet tithasseb u informat lil wiehed minn uliedhom li hareg ifittxu izda missieru ma deher imkien. Huma cemplu lill-Pulizija fejn gew informati li kien sehh l-accident imma ma nghataw l-ebda informazzjoni ohra. Sa dak il-hin il-Pulizija ma kienux jafu l-identità tal-vittma.
Kien ftit wara li saru jafu li missierhom kien miet wara li jott kien dahal fil-frejgatina tieghu u dan ittella’ mill-bahar mill-FAM fejn miet fl-Isptar Mater Dei.
Sadanittant diversi persuni li huma midhla sew fil-qasam marittimu u ohrajn fil-qasam legali, stqarrew ma’ mieghi li ghadhom ma jistghux jifhmu kif Dr Joseph Zammit, l-espert marittimu mahtur mill-Magistrat Inkwerenti, Dr Edwina Grima, irilaxxa l-jott f’inqas minn saghtejn.
Meta il-Gimgha filghodu morna Portomaso, fejn hemm sorgut il-jott ‘Socery’ ta’ John Zarb minn San Pawl tat-Targa, ma kien hemm ebda ghassa mal-jott kif generalment jigri meta jsehh accident fatali u jitpogga Pulizija ‘fixed point’. Dan minkejja li l-ahhar stqarrija tal-Pulizija li harget fl-14 ta’ Lulju dwar dan il-kaz kienet tghid li “l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom ghaddejjin”.
This entry was posted on Saturday, July 17th, 2010 at 07:18 and is filed under Accident, Anzjani, EOD, Esklussiva, Esperti, FAM, Fatalita', Ghaddas, Mewt, Pulizija, Qorti, Stharrig. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
IL-qawl malti jghid ” il-kelb il-maghkus idur ghalih id-dubbien” Fullstop.