Allegazzjonijiet ta’ abbuz, frodi u ksur ta’ kunfidenzjalità
Nota anonima u dokument kunfidenzjali dwar hlasijiet ta’ overtime li spiccaw ghand diversi membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ghand dan is-sit elettroniku u l-gurnal l-orizzont, se jkunu investigati flimkien mal-allegazzjonijiet ta’ abbuz fi hlasijiet zejda.
Madwar 20 membru fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fil-jiem li ghaddew ircevew bil-posta nota li fiha hemm allegazzjonijiet dwar persuna fejn qed ikun allegat li kien thallas madwar €3,000 fix-xahar li jinkludi hlassijiet ta’ overtime li kien ghamel. Qed ikun allegat ukoll li din il-persuna, li jahdem bil-gurnata, thallas ukoll “tax-shift u overtime fir-rest u l-off tieghu”. U dan meta kienu jghidulhom li flus ghall-overtime ma hemmx.
Ma’ din in-nota bl-allegazzjonijiet intbghat ukoll dokument kunfidenzjali li juri hlassijiet ta’ overtime li sar bejn il-25 ta’ Novembru 2008 u l-5 ta’ Dicembru 2008 u li din il-persuna thallset ftit aktar minn €530 ghal sitt ijiem overtime. Id-dokument igib il-firma tal-kap tas-sezzjoni kif ukoll l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern.
Sorsi li tkellmu maghna qalulna li jekk sar xi abbuz, allura dak ghandhom jarawh l-awtoritajiet, imma l-iktar li qeghda tinkwieta lill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili huwa l-fatt kif dan id-dokument hareg mill-Ufficcju tad-dipartiment u spicca ghandhom u ghand dan is-sit elettroniku. Huma sahqu maghna li mhux biss il-kunfidenzjalità taghhom mhix protetta imma sahansitra anke nghata l-indirizz komplut tar-residenza taghhom.
Nhar il-Gimgha staqsejt lid-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, Patrick Murgo, dwar dan il-kaz u x’se jigri issa li saru dawn l-allegazzjonijiet u anke dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità. Patrick Murgo qalli li din hija kwistjoni inkwetanti hafna. Huwa qal li digà bdiet investigazzjoni interna biex ikun stabbilit kif dan id-dokument spicca fl-idejn meta suppost dan id-dokument, flimkien ma’ ohrajn, jinsab imsakkar f’post li huwa sorveljat. Huwa ma eskludix il-fatt li xi hadd irnexxielu b’xi mod jaghmel kopja tac-cavetta. Jista’ jkun li d-dokument inkwistjoni seta’ spicca ghand xi hadd meta dan kien fil-process ta’ awtorizzazzjoni bejn id-Direttur ta’ dak iz-zmien, Peter Cordina, u s-Segretarju Permanenti u lura lejn id-Dipartiment, qalli d-Direttur attwali. Jekk verament gara hekk allura dan seta’ sar f’Dicembru ta’ sentejn ilu.
Patrick Murgo qal li dwar dan il-kaz gew informati wkoll il-Pulizija biex imexxu l-investigazzjonijiet huma wkoll. Mistoqsi jekk id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili huwiex se jinvestiga wkoll l-allegazzjonijiet ta’ abbuz fil-hlasijiet zejda, li allura jkunu frodi, Murgo qalli li se jsiru diversi investigazzjonijiet tant li digà ttiehdu azzjonijiet mill-bierah stess “ghax din hija inkwetanti hafna”, temm jghidli d-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
This entry was posted on Saturday, May 15th, 2010 at 10:11 and is filed under Abbuz, Esklussiva, Frodi, Inkjesta, Protezzjoni Civili, Pulizija, Rabja, Stharrig. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.