Qabzu t-triq u spiccaw qalb is-sigar
Sewwieq sofra griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt filwaqt li passiggier li kien mieghu helisha hafif f’accident tat-traffiku fi Triq il-Kosta. Sadanittant ghadu qed jinzamm l-Isptar Mater Dei it-tfajjel ta’ sitt snin li nhar is-Sibt korra gravi f’accident iehor tat-traffiku.
L-accident fi Triq il-Kosta sehh nhar il-Hadd, 7 ta’ Frar ghal habta tat-8.20 a.m. qrib il-kumpless abbandunat tal-White Rocks limiti ta’ Pembroke. Dak il-hin ragel ta’ 30 sena minn San Pawl il-Bahar kien qed isuq karozza Ford Escort fi Triq il-Kosta fid-direzzjoni ta’ Bugibba u mieghu kellu habib tieghu, ukoll ta’ madwar 30 sena mill-Qawra. Jidher li kif waslu qrib il-kumpless tal-White Rocks, is-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li mar fuq in-naha l-ohra tat-triq u spicca qalb is-sigar taht il-livell tat-triq.
Sewwieqa ohrajn li kienu ghaddejjin mill-istess triq sejhu ghall-ajjut fejn fuq il-post marret ambulanza b’infermiera kif ukoll it-tim mediku tal-ERT immexxi minn Dr Jonathan Joslin kif ukoll il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Kif waslu sabu li l-passiggier kien digà hareg mill-karozza imma s-sewwieq inqabad qalb it-tifrik. Minhabba li matul il-lejl u kmieni filghodu ghamlet ix-xita, il-karozza spiccat fil-hamrija imxarba u ratba.
B’xorti tajba kif waslu t-tim ta’ salvatagg flimkien mat-tim mediku ix-xita naqset hafna imma l-haxix gholi u mxarrab kompla jaghmel l-oprezzjoni ta’ salvatagg iktar difficli minhabba z-zlieq. Il-membri tal-Protezzjoni Civili kellhom iqacctu parti mill-karozza biex inhareg is-sewwieq li ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri minn griehi gravi izda mhux fil-periklu tal-mewt. Min-naha l-ohra l-passiggier ma gralu xejn.
Il-Pulizija tad-Distrett, immexxija mis-Surgent Alan Buhagiar, hejjew rapport tal-accident.
Sadanittant il-kundizzjoni tat-tfajjel ta’ sitt snin li korra gravi nhar is-Sibt, giet deskritta bhala stabbli imma xorta baqa’ jinzamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Stqarrija mahruga mill-Pulizija tghid li l-accident sehh nhar is-Sibt ghal habta tal-5.30 p.m. fi Triq Villabate f’Haz-Zabbar bejn karozza Toyota Belta u Ford Transit.
L-istqarrija tghid ukoll li fit-Toyota kien hemm tliet persuni, fosthom it-tifel ta’ sitt snin. Hadd mill-persuni l-ohrajn involuti fl-accident ma sofra xi griehi, ittemm tghid l-istqarrija tal-Pulizija.
This entry was posted on Monday, February 8th, 2010 at 10:11 and is filed under Accident, Ambulanzi, ERT, Emergenza, Infermieri, Korriment, Protezzjoni Civili, Pulizija tad-Distrett, Salvatagg, Sptar Mater Dei. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
