By John Pisani | February 7, 2010 - 10:28 am - Posted in Abbuz, Diskriminazzjoni, FAM, Rabja

Tinkiser ir-regola tal-irtirar mal-55 sena

Regola, jew ligi, fil-Forzi Armati li giet fis-sehh f’Jannar 2008 tghid li il-compulsory retirement age fil-FAM hija ta’ 55 sena u mhux 61 sena u minn jaghlaq 55 sena u ma jkunx ghadu ghamel il-25 sena servizz, seta jkompli s-snin li jkun fadallu mas-Servizzi ta’ Detenzjoni (DS). B’hekk hadd ma kien se jitlef l-opportunità li jikkwalifika ghall-pensjoni tas-servizz wara 25 sena.

FAM Tobba 07 02 10Is-sorsi taghna fl-Armata qalulna  li minkejja li din ir-regola inzammet strettament, specjalment mas-suldat iz-zghir, s’issa inkisret darbtjen fejn l-ewwel darba ghax il-Gvern kien se jispicca minghajr Kmandant ghal sena shiha, u t-tieni darba biex ikun akkomodat fizzjal ghax f’dan il-kaz din is-sitwazzjoni setghet giet evitata. Fil-fatt din il-ligi giet osservata bi skruplu kbir tant li dawk li talbu biex jibqghu fil-FAM minnflok ma jmorru d-DS minhabba ragunijiet varji, ma nghatawx dan il-permess u kellhom jitilqu ’l barra.

L-ewwel darba li “nkisret” din il-ligi kien is-sena l-ohra wara li l-Brigadier Carm Vassallo talab estensjoni fil-bidu tas-sena minhabba li kien se jaghlaq il-55 sena f’Mejju 2009. Izda minhabba din il-ligi, l-Ufficcju tal-Prim Ministru kien cahadlu t-talba. Li gara kien li xi hadd gibed l-attenzjoni ta’ Kastilja li dak li kien qed jissemma biex jilhaq bhala l-Kap Kmandant tal-FAM, u cioè il-Kulunell Martin Xuereb, ma kienx ghadu kkwalifikat biex isir Brigadier. Ghaldaqstant l-ewwel darba li l-ligi inkisret kienet minn Kastilja stess ghax l-istess nies li cahdu t-talba tal-Brigadier Vassallo, kellhom huma stess jitolbu lill-istess Vassallo biex jibqa’ fil-FAM sa Jannar 2010. B’hekk il-Kulunell Martin Xuereb, illum il-Brigadier, intbghat kors ta’ sena l-Ingilterra. Dan il-kors kien importanti kemm ghal Xuereb kif ukoll ghal dawk li riedu li jkun Martin Xuereb li jsir Brigadier u b’hekk il-kompetizzjoni li kellu mill-Kulunelli l-ohrajn sfumat fix-xejn.

Izda dan ix-xahar regghet inkisret, jew tghawget, din il-ligi u din id-darba biex takkomoda lit-Tabib Principali tal-FAM, Surgeon Lieutentant Colonel Robert Galea. Suppost Dr Galea beda it-terminal leave tieghu fl-1 ta’ Frar, ghax fl-ahhar ta’ Frar jghalaq 55 sena u ghalhekk suppost li jispicca mis-servizz minkejja li fadallu madwar sena u nofs biex ikun ghamel il-25 sena servizz.

Is-sorsi qalulna li ftit wara li Martin Xuereb lehaq Brigadier kien hemm laqgha bejniethom u l-Kap Kmandant qal lil Dr Galea biex jidhol ghax-xoghol normali u bl-uniformi. Jekk Surgeon Lieutentant Colonel Robert Galea ma riedx li jitlef il-25 sena servizz minhabba 18-il xahar li fadallu, allura seta’ komplihom mas-Servizzi tad-Detenzjoni jew kien jaghzel, bhal ma gew sfurzati jaghmlu suldati ohrajn, li jispicca mill-Armata, sahqu s-sorsi.

Meta l-Brigadier Xuereb kien intervistat fuq Favourite Channel fuq il-programm 60 Minuta u kien mistoqsi mill-gurnalist u prezentatur Brandon Pisani, jekk din il-ligi tal-55 sena jew 25 sena servizz qatt giet miksura, il-Brigadier wiegeb li darba biss u semma c-cirkostanzi tal-Brigadier Vassallo. Meta Brandon Pisani staqsih b’mod dirett dwar Surgeon Lieutentant Colonel Robert Galea, il-Brigadier Xuereb deher xi ftit imhawwad u skomdu b’din id-domanda imma qal li dan kien kaz ta’ necessità ghall-FAM.

Meta tkellimna mas-sorsi taghna dawn qalulna li bl-iskuza li m’hemmx tabib iehor li jista’ jiccertifika lill-piloti tal-Armata skont ligijiet internazzjonali, it-tabib Galea nghata l-opportunità li jibqa’ fil-FAM, bl-uniformi u fl-istess kariga li kellu. Huma qalulna li l-FAM ilha taf b’din il-ligi mill-2005. Ilha taf ukoll li t-tabib Galea kien se jghalaq 55 sena fl-ahhar ta’ Frar 2010 mindu dahal fl-Armata 24 sena ilu. Nifhmu ukoll li l-Brigadier Carm Vassallo kien ghamel talba lill-Ufficcju tal-Prim Ministru dwar din is-sitwazzjoni imma qatt ma kien hemm risposta minn Kastilja. Is-sorsi taghna jishqu li din il-mossa minn Kastilja setghet kienet intenzjonata biex l-Armata tkun tista’ zzomm lil Dr Galea u jkun jista’ jibqa’ fejn hu bl-iskuza li t-tabib l-iehor tal-Armata, Surgeon Major Gino Bartolo, ikolli c-cans biex igib il-kwalifiki necessari. Kien biss issa li Dr Bartolo gie mwieghed mill-Brigadier Xuereb li se jintbaghat ghat-tahrig li jwasslu biex jikkwalifika biex ikun jista’ jiccertifika lil-piloti tal-Armata. L-iskuza tal-FAM, bhal ma qal l-istess Brigadier Xuereb, hija li sakemm jitharreg Dr Bartolo, hemm il-htiega li Dr Galea jinzamm fil-FAM. Ezatt sakemm ikun ghamel 25 sena servizz fl-FAM.

L-istess sorsi qalulna ukoll li bhal ma gara ma’ ohrajn, Dr Galea seta xorta jibqa’ jinzamm bhala tabib fl-Armata, imma pajzan. Izda minn xi gimghat ilu kien hemm min sema’ lil Dr Galea jilmenta ma’ diversi persuni fejn allegatament instema’ jghid li jekk izommuh pajzan ma kienx lest li jezamina lis-suldati u lanqas piloti minghajr hlas.

Min-naha l-ohra, qalulna s-sorsi, qed jinghad fil-Kwartieri Generali tal-FAM li Dr Bartolo jinsab xi ftit jew wisq urtat bil-kbir minhabba li ser jigi mcahhad milli jiehu post bhala Principal Medical Officer u li jikkwalifika ghall-promozzjoni ta’ Logotenent Kulunell.

This entry was posted on Sunday, February 7th, 2010 at 10:28 and is filed under Abbuz, Diskriminazzjoni, FAM, Rabja. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.

6 Comments

  1. February 7, 2010 @ 11:04


    Sur Pisani,

    Alla jbierek ghal Brig Vassallo dejjem issib xi skuza pozittiva. Ma nafx x’kien hemm bejniekom!
    Kun gust u imparzjali u mhux tattakka individwi ta kulur oppost.

    Alfred Bonello

    Posted by Alfred Bonello
  2. February 7, 2010 @ 12:29


    Sur Bonello,
    Dak li jien irrapportajt huma fatti u mhux ghar-raguni li qed tghid int li mhux biss hija allegazzjoni falza imma jidher li int personali ma ssegwejtx l-artikli li kelli qabel fejn ilhi nikritika lill-FAM u ma bdejtx issa. Min-naha l-ohra nirringrazzjak li anke int ikkonfermajtli d-dettalji li ktibt.
    Jekk tahseb li jien nimxi bil-kulur allura nerga’ nirrepeti li int ma ssegwix l-artikli tieghi u hija ovvja li ma tafnix. Imma dwar dan inhalli f’idejn qarrejja ohrajn.

    Tislijiet

    Posted by John Pisani
  3. February 7, 2010 @ 14:04


    John, tiehux ghalik imma naqbel mija fil-mija ma Alfred Bonello.

    Min hu vicin l-Armata jaf li jigu attakkati certu nies biss u ohrajn xejn. Kien hemm min afda kellma ma xi hadd biss u wara dehret fil-media.
    Dan sew? il-hsara mhi tajba ghal hadd specjalment jekk dak li jinkiteb ma jkunx kollu verita’ u l-vittma jew nies imsemmija ma jkunux jistghu jirribattuha.

    Grazzi
    D Schembri

    Posted by D Schembri
  4. February 8, 2010 @ 19:38


    Sur Pisani,

    Inti ghidt li ‘l-Brigadier Vassallo talab biex jaghmel sena ohra u din it-talba giet michuda’….dawn huma affarijiet kunfidenzjali li suppost ma jkun jafhom hadd hlief min jiktibhom u inti kif taf? Min qallek….forsi hu stess?

    Alfred

    Posted by A Bonello
  5. February 8, 2010 @ 21:50


    Sur Bonello,
    Se nirrispondik ghax staqsejtni kif naf li l-Brigadier Carm Vassallo ghamel talba li giet michuda . Le dawn mhumiex affarijiet kunfidenzjali tant li hija xi haga pubblika u maghrufa. Fil-fatt anke tkellem fuqha l-Brigadier Martin Xuereb meta kien intervistat fuq it-televizjoni. Dan mhux xi sigriet nazzjonali. Tinsix li qed nghixu f’pajjiz demokratiku. Dan il-fatt ma harigtx issa imma sena ilu u hadd ma cahdu ghax hija l-verità.
    Tislijiet sur Fred

    Posted by John Pisani
  6. February 10, 2010 @ 12:51


    Nahseb li A Bonello u D Schembri (zewg ismijiet fittizji) jafu hafna aktar milli qed jghidu. Tiskanta kif dawn qatt ma tkellmu qabel. Tghid qed jinqarsu issa? Jew hemm l-interessi taghhom jew tal-partit li poggihom fejn qedin issa?

    Posted by Ta Borg Cain

Leave a Comment

Please note: Comment moderation is enabled and may delay your comment. There is no need to resubmit your comment.