By John Pisani | February 5, 2010 - 2:45 pm - Posted in Nirien, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Vandalizmu

cameraKarozza tinghata n-nar

Karozza Peugeot 205 inqerdet totalment minn nirien li tqabbdu apposta minn vandali nhar il-Hamis ftit qabel nofs il-lejl.

Rabat Arson 04 02 10Il-kaz sehh fi Triq il-Kullegg fir-Rabat ezatt quddiem l-Iskola Primarja. Jidher li l-vandali garaw gebla imgezwra f’carruta, li x’aktarx kienet imxarba b’likwidu li jaqbad, lejn il-karozza. Kif il-Pulizija gew informati minn mara li toqghod fil-qrib u li kellha l-karozza taghha pparkjata ezatt wara l-Peogeot, marru fuq il-post il-Pulizija mill-Ghassa tar-Rabat immexxija mis-Surgent Luke Bonello li flimkien mal-kollegi tieghu u Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile ppruvaw jikkontrollaw in-nirien. Izda minkejja li uzaw diversi fire extinquishers, ma kienx possibli li n-nirien ikunu kkontrollati.

Ghaldaqstant issejhu ukoll fuq il-post il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li tfew in-nirien imma l-karozza lehqet garbet hsarat estensivi. Girieni ohrajn li kellhom il-karozzi taghhom fil-qrib hargu minn djarhom u nehhewhom.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Silvio Meli li ordna inkjesta u hatar lit-Tekniku Joseph Zammit u lill-Professur Alfred Vella bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. L-isthatrrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Joseph Agius tad-Distrett.

This entry was posted on Friday, February 5th, 2010 at 14:45 and is filed under Nirien, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Vandalizmu. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.

Leave a Comment

Please note: Comment moderation is enabled and may delay your comment. There is no need to resubmit your comment.