Hasbu li sehhet serqa mid-dar tal-Prim Ministru
Kmieni nhar l-Erbgha, 27 ta’ Jannar filghodu quddiem ir-residenza tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fi Triq iz-Zafran f’Wied il-Ghajn kien hemm diversi Pulizija fosthom mid-DIK, tal-Mobile u tad-Distrett kif ukoll ufficjali gholjin fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo u dawk li jahdmu ta’ skorta mal-istess Prim Ministru. Hafna hasbu li kien sehh kaz gravi hafna izda rrizulta li l-Prim Ministru ma kellux ilma fil-vit ghax xi hadd kien “seraqlu” ir-reverse osmosis mix-shaft ghalkemm id-DOI pruvaw icceknu l-affari billi qalu li ttiehdet “pompa tal-ilma”.
Sorsi qrib Kastilja qalu lil dan is-sit elettroniku u lill-gurnal l-orizzont, kollox beda tard nhar it-Tlieta wara nofsinhar meta l-mara tal-Prim Ministru, Kate Gonzi, fethet il-vit tal-ilma u ma kienx hemm pressa ta’ xejn. Izda qed jinghad li ma tantx tat kas ghax hasbet li qed isir xi xoghol fl-inhawi u ghal darb’ ohra spiccaw bla provista tal-ilma.
L-istess sorsi komplew jghidulna li meta l-ghada filghodu Kate marret biex tuza l-ilma u sabet l-istess sitwazzjoni, marret tittawal fix-xaft u nnutat li l-apparat tar-reverse osmosis ma kienx f’postu u ghamlet rapport li kienet sehhet serqa mir-residenza taghhom.
Fi ftit hin it-triq fejn joqghod Gonzi intliet bil-Pulizija u minnufih bdiet investigazzjoni intensiva biex ikun stabbilit kif xi hadd b’xi mod irnexxielu jidhol fid-dar tal-Prim Ministru ta’ Malta, minghajr ma nduna l-Pulizija li jkun hemm ghassa quddiem il-bieb, jisraq ir-reverse osmosis u jitlaq minn fuq il-post.
Biex il-kaz ikun solvut malajr kemm jista’ jkun, ferm qabel ma l-ahbar tasal ghand il-gurnalisti, fuq il-post marru l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, is-Supretendent Silvio Valletta u l-Ispettur Chris Pullicino mid-Dipartiment tal-Investigazzonijiet Kriminali, is-Supretendent Carmelo Bartolo, l-Ispettur Fabian Fleri u s-Surgent Alex Schembri tad-Distrett flimkien ma’ diversi Pulizija ohrajn u anke dawk tal-Mobile. Ix-xena kienet qisha wahda ta’ xi reat kriminali serju tant li anke ssejhu l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat li elevaw xi marki tas-swaba’ u anke hadu ritratti tax-xena minn fejn sehhet is-serqa.
Kif il-Pulizija kollha kienu ghadhom qed jinvestigaw din “is-serqa”, tfacca ragel li rrizulta li huwa l-kuntrattur li qed iwaqqa’ r-residenza biswit dik tal-Prim Ministru. Meta spjega x’kien fil-fatt gara, ma kienux ftit li dehru “wicchom jihmar”. Irrizulta li dan i-kuntrattur bi zball nehha l-apparat mix-shaft komuni ghax haseb li kienet dik tad-dar li qed titwaqqa’.
Aktar tard waranofsinhar id-Dipartiment tal-Informazzjoni fi stqarrija qal li kienet insterqet “pompa” u mhux reverse osmosis forsi biex il-kaz jiccekken. L-istqarrija ghid li “l-Pulizija kienet qed tinvestiga l-ghibien ta’ pompa li kienet tinstab f’shaft li hemm access ghalih mid-dar tal-Prim Ministru u mid-dar ta’ magenb id-dar tal-Prim Ministru li se titwaqqa’. Din il-pompa thaddem l-ilma fid-dar tal-familja Gonzi.
“Fuq il-post marru l-Pulizija, madanakollu minn investigazzjoni li saret irrizulta li persuna li hi involuta fit-twaqqiegh tad-dar kienet qalghet din il-pompa billi hasbitha li kienet propjetà tas-sidien li se titwaqqa’ d-dar taghhom. Il-persuna regghet stallat il-pompa mill-gdid”, ittemm l-istqarrija.
This entry was posted on Thursday, January 28th, 2010 at 21:10 and is filed under Korp tal-Pulizija, Pulizija, Pulizija tad-Distrett, Pulizija tal-Mobile, Serq, Stharrig. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.
Ksibtek se tikteb li hasbu li sar xi ”murder” ghax normalment dawk l-ufficjali kollha fuq xi murder imorru u mhux fuq serqa ta pompa tal ilma!!!!????? Min jilghaq l-aktar.
hehe tajba johnnie,umbad fuq rapport normali qas surgent ma jmur……….