Infermiera titressaq il-Qorti b’urgenza
Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga komplew jaghmlu aktar arresti fosthom anke fil-Habs ta’ Kordin wara li Infermiera ta’ 41 sena minn H’Attard, izda toqghod il-Hamrun tressqet il-Qorti taht arrest mill-Ispettur Pierre Grech quddiem il-Magistrat Dr Miriam Hayman mixlija li dahlet id-droga fil-Habs ta’ Kordin.
Jacqueline Dipasquele, infermiera mal-prigunieri fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin, meta nhar l-Erbgha marret il-Habs bhala parti mid-dmirijietha taghha dahlet id-droga fil-habs. Hija giet mixlija bi traffikar ta’ eroina, kannabis, u raza mehuda mill-istess pjanta. Dawn id-droga kif ukoll xi pilloli instabu fl-’hand bag’ taghha.
Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit elettroniku qalu li l-Pulizija kienu ilhom xi jiem josservaw il-movimenti tal-infermiera. Meta nhar l-Erbgha, 2 ta’ Dicembru dahlet ghax-xoghol u ghaddiet mill-kancell b’mod normali, ftit wara sabet lill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u ghamlulha tfittxija fejn instabet id-droga. Il-mara mill-ewwel ikkoperat mal-Pulizija tant li anke waslu biex ghamlu aktar arresti kemm fil-Habs stess kif ukoll barra mill-Habs.
Sadanittant meta Jacqueline Dipasquele dehret il-Qorti hija kienet imbikkma u wiegbet li ma kienitx hatja tal-akkuzi migjubin kontriha.
Il-mara, li hija separata u ghandha zewgt itfal, permess tal-avukat taghha talbet biex tinghata l-libertà provizorja u dan peress li jkun ta’ periklu ghaliha li din ikollha kuntatt fil-habs minhabba s-sitwazzjoni prezenti. Il-Qorti laqghet it-talba fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depozitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 u li sakemm jinqata’ l-kaz tibqa’ tghix mal-genituri taghha fis-Swieqi.
Meta l-Pulizija komplew jinvestgaw aktar persuni b’konnessjoni ma’ dan il-kaz, gew arrestati erba’ persuni ohrajn – mara ta’ 39 sena mill-Hamrun, ragel ta’ 37 sena mill-Tal-Pietà u zewgt irgiel, wiehed ta’ 34 u iehor ta’ 41 sena, li bhalissa huma priggunieri fil-Habs ta’ Kordin.
F’operazzjoni separata li saret nhar it-Tlieta wara nofsinhar il-Pulizija arrestaw ragel mil-Gzira ta` 37 sena wara tfittxija li saret fir-residenza tieghu. F’din it-tfittxija, il-Pulizija elevat ammont ta’ droga kokajina, haxixa u raza tal-cannabis, flimkien ma’ oggetti ohrajn relatati mat-traffikar ta’ droga.
Il-hidma tal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga kompliet anke b’arrest ta’ ragel barrani li flimkien mat-Taqsima tal-Relazzjonijiet Internazzjonali fuq talba tal-Awtoritajiet Inglizi, esegwew mandat ta’ Arrest Ewropew (EAW), fil-konfront ta’ ragel ta’ nazzjonalità Ingliza.
Ir-ragel huwa imfittex fir-Renju Unit biex iwiegeb ghal akkuzi ta’ traffikar ta’ droga u reati ohrajn. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti biex jinbdew il-proçeduri biex jigi estradit lejn ir-Renju Unit.
This entry was posted on Friday, December 4th, 2009 at 13:26 and is filed under Arrestat, Droga, Habs ta' Kordin, Pulizija, Qorti, Stharrig. You can follow any responses to this entry through the RSS 2.0 feed. You can leave a response, or trackback from your own site.